Biex tissottometti kopja taċ-Ċertifikat tal-Mard il-blu mimli mit-tabib mediku agħfas hawn.
Bħala Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, aħna nagħtu u nesiġu li nwasslu Servizz ta’ Eċċellenza li l-pubbliku inġenerali jistħoqqlu.
Aħna naħdmu biex dejjem intejbu fuq is-servizz ta’ kwalità li noffru li huwa abbinat ma’ erba’ pilastri, jiġifieri: nisimgħu u nifhmu l-klijent, niddisinjaw u nimplimentaw proċeduri li jissodisfaw l-aspettattivi tal-klijenti, inwasslu servizz ta’ kwalità permezz ta’ servizzi f’waqthom, standards għoljin u faċilment aċċessibbli, u responsabbiltà li permezz tagħha l-persuni li jipprovdu s-servizzi pubbliċi jassumu sjieda sħiħa u responsabbli għas-Servizz ta’ Eċċellenza li qed naħdmu għaliha.
Aħna nemmnu li s-sodisfazzjon tal-klijent huwa fundamentali għall-kwalità u l-prestazzjoni kif ukoll inħeġġu għall-kummenti tal-klijenti u nieħdu azzjoni fuq ħafna mis-suġġerimenti li nirċievu. Aħna kommessi għal Servizz ta’ Eċċellenza u naħdmu biex inwasslu servizz professjonali u proattiv ma’ kull kuntatt li jkollna mal-klijent.
Jekk jogħġbok imla d-dettalji hawn taħt u ibgħathom