“Biex nipprovdu l-għajnuna finanzjarja korretta u
benefiċċji soċjali oħra lil persuni eliġibbli fil-ħin”
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Leġiżlazzjoni tasSigurtà Soċjali,
li tipprovdi għall-ħlas ta’ benefiċċji taħt l-iskemi kontributorji u mhux
kontributorji. Dawn l-iskemi jkopru l-popolazzjoni kollha li b’xi mod tirċievi
dawn il-benefiċċji. Id-Dipartiment huwa prinċipalment involut li jassigura li
jingħata appoġġ finanzjarju lil dawk is-sezzjonijiet tal-komunita’ li fil-biċċa
l-kbira huma fil-bżonn, jiġifieri dawk bi dħul baxx, il-morda, l-anzjani u dawk
qiegħda.
L-funzjonijiet ewlenin
tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma li:
- jevalwa,
jħallas u jipprovdi informazzjoni dwar il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali
- jħeġġeġ
lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet biex ikunu konxji, u biex
jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-legiżlazzjoni tas-sigurtà
soċjali
- jżomm
kont tas-sistema tas-sigurtà soċjali
- jagħti
parir lill-Ministru dwar l-iżvilupp ta’ liġijiet effettivi u dinamiċi
għas-sigurtà soċjali