Funzjonijiet Prinċipali

Direttorat għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza​ (Struttura Organizzattiva)


Direttur Ġenerali (Għajnuna Finanzjarja u Osservanza)

Id-Direttur Ġenerali (Għajnuna Finanzjarja u Osservanza) huwa responsabbli mit-tnedija, koordinazzjoni u monitoraġġ ta' attivitajiet, kif applikabbli, relatati ma' materji ta' konformità u investigazzjoni. Huwa responsabbli wkoll mit-twettiq ta' politiki ministerjali fil-qasam tal-benefiċċji u l-assistenzi ttestjati għall-mezzi. B'mod ġenerali, id-Direttur (Għajnuna Finanzjarja u Osservanza) huwa responsabbli wkoll sabiex jissorvelja l-valutazzjoni u l-pagament ta' benefiċċji mhux kontributorji, pensjonijiet u assistenzi skont id-disposizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).


Direttur (Għajnuna Finanzjarja u Investigazzjonijiet)

Id-Direttur (Għajnuna Finanzjarja u Investigazzjonijiet) iwieġeb lid-Direttur Ġenerali (Għajnuna Finanzjarja u Osservanza). Ir-rwol tiegħu huwa dak li jipprovdi koordinazzjoni u monitoraġġ ta' attivitajiet, kif applikabbli, relatati ma' materji ta' konformità u investigazzjoni. Id-Direttur (Għajnuna Finanzjarja u Investigazzjonijiet) huwa responsabbli wkoll mit-twettiq ta' politiki ministerjali fil-qasam tal-benefiċċji u l-assistenzi ttestjati għall-mezzi. Huwa responsabbli biex jissorvelja l-valutazzjoni u l-pagament ta' benefiċċji mhux kontributorji, pensjonijiet u assistenzi skont id-disposizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).​

​​​​