Allowance għal Tfal b’Diżabilità (DSS)
Overview
L-Allowance għall-Tfal b’Diżabilità tista’ tingħata lil tfal li jiġu ċċertifikati li jbatu minn xi diżabilità fiżika u/jew mentali. Din l-allowance hi separata mill-Allowance tat-Tfal u hija valida sakemm it-tfal jagħlqu sittax-il (16)l sena jew erbatax-il (14) sena f’każ ta’ problemi fil-viżta.
What you’ll get
Il-Pagamenti għal dan l-allowance jitħallsu kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Application Requirements
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport mediku kif mitlub fl-applikazzjoni.
- F’każ ta' koppja, trid timtela dikjarazzjoni separata, iffirmata miż-żewġ ġenituri. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument.
Kif tapplika
Dikjarazzjoni iffirmata miż-żewġ ġenituri fejn applikabbli, kif ukoll rapport mediku ddettaljat approvat mingħand tabib, li jiddikjara l-kundizzjoni medika tat-tifel/tifla, għandu jiġi sottomess ma’ l-applikazzjoni. Fejn disponibbli, id-dokumenti ta’ sostenn dwar l-kundizzjoni tat-tifel/tifla jrid jiġu sottomessi mal-applikazzjoni.
L-applikazzjoni trid tiġi sottomessa fi żmien sitt (6) xhur mit-twelid tat-tarbija u/jew sitt (6) xhur minn meta ġiet iċċertifikata l-kundizzjoni tat-tifel/tifla skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-allowance jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tintbagħat tard.
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikanti jridu jkun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewweġ/miżżewġa ma’ ċittadin ta’ Malta, jew ikun ċittadin ta’ xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadin ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandu status ta’ refuġjat u ordinarjament jirrisjedi f'Malta jew f'Għawdex
- F’każ ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea fejn:
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u hu bla xogħol f'pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal b'Diżabilità.
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u qiegħed fuq leave bla ħlas f'pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal b'Diżabilità.
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u huwa impjegat f'pajjiż barrani, allura dak il-pajjiż barrani huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal b'Diżabilità jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur fil-pajjiż barrani. Jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur li impjegat f'Malta, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun kompetenti biex jħallas l-Allowance tat-Tfal b'Diżabilità, għalkemm il-ġenitur l-ieħor huwa impjegat barra l-pajjiż.
- F’każ ta’ Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi fejn:
- L-applikanti u t-tfal qed jgħixu f'Malta.
- Iż-żewġ ġenituri għandhom permessi residenzjali validi.
- Wieħed jew iż-żewġ ġenituri qed/qegħdin jaħdmu minn tal-inqas fl-aħħar sitt (6) xhur jew qed/qegħdin jirċievu Assistenza Soċjali / Assistenza Sussidjarja maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
- L-Allowance għat-Tfal b'Diżabilità tista’ tingħata lil dawk li jagħmlu xogħol fuq il-Bastimenti Reġistrati Malta, bl-istess kundizzjonijiet taċ-Ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.
- F’każijiet ta’ problemi bil-vista, din l-allowance titħallas sakemm it-tifel/tifla b’diżabilità jilħaq/tilħaq l-età ta’ erbatax-il (14) sena minħabba l-ħruġ tal-Assistenza għal persuni b’vista batuta. Filwaqt li għal diżabilitajiet oħra din l-allowance titħallas sakemm il-minuri jilħaq/tilħaq sittax-il (16) sena minħabba l-ħruġ tal-Assistenza għal Diżabilità.
- Ladarba tiġi rċevuta l-applikazzjoni, tiġi riferita lil Bord Mediku li jiddeċiedi jekk it-tifel/tifla huwiex/hiex eliġibbli għal din l-allowance. Il-Bord Mediku jista’ japprova din l-allowance sa 16-il sena jew għal perjodu ta’ żmien iqsar u predefinit fejn jintalab li it-tifel/tifla jerġa’ jiġi eżaminat mill-bord mediku. Id-deċiżjoni mill-bord mediku mhux appellabbli. Madankollu, wieħed jista’ jissottometti talba biex l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata mil-ġdid billi tintbagħat ittra flimkien ma’ rapport mediku ddettaljat approvat minn tabib li jiddikjara l-kundizzjoni medika tat-tifel/tifla biex isostni l-każ li qed isir lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali).