Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Applikazzjoni – Monitoraġġ (DSS)

Overview

L-enfasi ta’ dan is-servizz hu li jinforma kemm lill-benefiċjarji, kif ukoll l-applikanti, dwar f’hiex waslu l-applikazzjonijiet jew benefiċċji.  Dan jinkludi ukoll dettalji dwar benefiċċji li huma kurrenti u attivi, kif ukoll dawk li għadhom pendenti u li qed jistennew assessjar u awtorizzazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ta’ dawn l-aħħar tnax-il (12) xahar.

What you’ll get

Lista bid-dettalji ta’ kull applikazzjoni jew talba għar-reviżjoni mitluba minnek, f’dawn l-aħħar tnax-il (12) xahar. Minn din il-lista, inti tista’ tiċċekkja jekk it-talba tiegħek tkunx ġiet ipproċessata, kif ukoll ir-riżultat relevanti.

 

Esklużjonijiet:

 

  • Pensjoni tal-Irtirar: Evalwazzjoni Tentattiva.

  • Benefiċċju tal-Mard: Talbiet taċ-Ċertifikat Mediku Blu.

 

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali daħal ukoll biex jgħati viżabilità ta’ fhiex waslu l-applikazzjonijiet li tagħhom jista’ jsir monitoraġġ mill-Portal taċ-Ċittadin. Dawn jinkludu:

 

  • Appell kontra deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

  • Talba għall-Investigazzjoni dwar Osservanza ta’ Benefiċċji.

Application Requirements

L-utent irid jawtentika sabiex jaċċessa s-servizz ta’ Applikazzjoni - Monitoraġġ.
 

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.