Benefiċċji għall-Maternità (DSS)
Overview
Il-Benefiċċju għall-Maternità jista’ jingħata lil mara tqila.
Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.
What you’ll get
Il-Benefiċċju għall-Maternità huwa ta’ massimu ta’ erbatax-il (14) ġimgħa. L-ewwel parti tal-benefiċċju jikkonsisti fi ħlas ta’ tmien (8) ġimgħat li jsir għal perjodu ta‘ qabel it-twelid tat-tarbija. It-tieni parti tal-benefiċċju jikkonsisti fi ħlas ta’ ta‘ sitt (6) ġimgħat li jsir għal perjodu ta’ wara it-twelid tat-tarbija. Fil-każijiet fejn l-applikazzjoni tiġi sottomessa wara t-twelid tat-tarbija, it-total tal-ħlas isir fi ħlas wieħed biss.
F’każ ta’ applikanta li tkun qed tistenna ta’ aktar minn twelid wieħed, l-intitolament ikun biss għall-benefiċċju wieħed ta’ maternità.
Ikklikkja hawn għal skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
L-applikanta trid tkun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewġa/tikkoabita ma’ ċittadin/a Maltija, tkun ċittadina ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ċittadina ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandha status ta’ refuġjata, u ordinarjament tirrisjedi f'Malta jew f'Għawdex.
L-applikanta trid tkun fit-tmien (8) xahar tat-tqala tagħha jew welldet tarbija sa sitt (6) xhur qabel id-data tal-applikazzjoni għall-benefiċċju.
L-applikanta ma tridx tkun tħallset għal-leave tal-maternità minn għand il-prinċipal tagħha.
L-applikanta tista’ tkun taħdem għal rasha imma tkun trid turi prova li ma kinetx qed taħdem matul l-erbatax-il (14) ġimgħa li għalihom tkun qed issir it-talba.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
Dikjarazzjoni ffirmata minn tabib li jikkonferma li l-applikanta daħlet fit-tmien (8) xhur ta’ tqala tagħha, waqt li jindika wkoll id-data tal-istennija tat-twelid. Ikklikkja hawn biex tniżżel din id-dikjarazzjoni.
Jekk l-applikanta kienet/hija impjegata qabel it-twelid tat-tarbija, trid timtela dikjarazzjoni minn min kien iħaddem. Ikklikkja hawn biex tniżżel din id-dikjarazzjoni.
L-applikanta li taħdem għal rasha, trid tipprovdi l-irċevuti uffiċċjali tal-kontirbuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tas-sena ta’ qabel it-talba.
Jekk it-tarbija twieldet barra minn Malta, irid jiġi pprovdut ċertifikat uffiċjali tat-twelid.
Ċittadini ta’ Ċarter Soċjali Ewropew u Refuġjati, li huma residenti ordinarji f’Malta, iridu jipprovdu kopja ta’ permess validu ta’ residenza.
Għal applikanti mill-pajjiżi tat-tielet dinja jew minn pajjiżi ta’ Ċarter Soċjali, iridu jipprovdu kopja tal-Karta tal-Identità maltija fejn turi Permess ta’ Residenza aġġornata.
F’każ ta’ applikanta mill-pajjiżi tat-tielet dinja, li miżżewġa ċittadin/a tal-Unjoni Ewropea, trid tipprovdi ċertifikat uffiċjali taż-żwieġ.
F’każ ta’ applikanti mill-pajjiżi tat-tielet dinja, li jikkoabitaw ma’ ċittadin Malti jew ċittadin mill-Unjoni Ewropea, jridu jipprovdu ċertifikat reġistrat ta’ koabitazzjoni. F’każ li le, ma jkunux eliġibbli għal-Benefiċċju tal-Maternità. Fil-każ ta’ ċittadini Maltin jew mill-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’Malta, iċ-ċertifikat ta’ koabitazzjoni mhux meħtieġ.