Benefiċċju tal-Enerġija (DSS)
Overview
Il-Benefiċċju tal-Enerġija huwa mmirat sabiex itaffi l-effett taż-żieda fl-infiq fuq il-kontijiet tad-Dawl u l-Ilma ta’ familji bi dħul baxx.
Wara s-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Benefiċċju tal-Enerġija, persuna tista’ tikkwalifika jew:
- Bħala każ soċjali, jew
- Permezz ta’ Test tal-Mezzi fuq id-Dħul.
What you’ll get
Persuna li tikkwalifika għal Benefiċċju ta’ l-Enerġija awtomatikament jew permezz ta' Test tal-Mezzi, dħul ma jaqbiżx ħdax il-elf, sitt mija u wieħed u ħamsin ewro (€11,651) fuq id-Dħul, tkun intitolata għal:
- Ammont li jikkumpensa tletin (30%) tal-konsum tal-elettriku qabel l-eko-reduzzjoni, sa massimu ta’ ħamsa u sebgħin ewro (€75) fis-sena għal kull persuna fid-dar, u
- Jekk l-applikant jew il-konjuġi huma d-detentur tal-kont, ikunu intitolati għal sussidju ta’ mhux aktar minn ħamsa u sittin ewro (€65) kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tad-dawl, u sussidju ta’ mhux aktar minn disgħa u ħamsin ewro (€59) kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tal-ilma.
Barra minn hekk, applikant li għandu aktar minn sittin (60) sena u li jirċievi Benefiċċju tal-Enerġija jingħata wkoll erbgħin ewro (€40) fis-sena għal kull dar bħala Rifużjoni tal-Gass, pagabbli biss ma’ kontijiet attwali. Applikant li jkun taħt sittin (60) sena u li jirċievi il-Benefiċċju tal-Enerġija, jingħata tletin ewro (€30) kull sena għal kull dar bħala Rifużjoni tal-Gass.
Kemm il-Benefiċċju tal-Enerġija kif ukoll ir-Rifużjoni tal-Gass jitnaqqsu direttament mill-kont tad-Dawl u l-Ilma. L-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass imnaqqas, jidher fid-dettall fit-tieni paġna tal-kont.
Dawk il-benefiċċjarji li huma eliġibbli għall-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass iżda m’għandhomx il-kont tad-Dawl u l-ilma fuq isimhom, jirċievu ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bid-dettalji tal-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass tagħhom. Din l-informazzjoni trid tiġi mqabbla mal-kont li jirċievi s-sid billi l-benefiċjarju jikkonferma li l-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass imsemmi fuq l-ittra ġie mnaqqas fil-kont.
Application Requirements
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Kopja tal-aħħar kont tad-Dawl u l-Ilma.
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuna li tirċievi l-Benefiċċji / Assistenzi tas-Sigurtà Soċjali li ġejjin tikkwalifika għall-Benefiċċju tal-Enerġija:
- Persuna li tirċievi Assistenza Soċjali, Assistenza għal Carers, Assistenza Miżjuda għal Carers, Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ jew Assistenza għall-Qgħad.
- Persuna li tirċievi Benefiċċju Speċjali tad-Diżimpjieg.
- Persuna li tirċievi Pensjoni tal-Età.
- Persuna li tirċievi l-Allowances / Assistenzi li ġejjin tikkwalifika permezz ta’ Test tal-Mezzi fuq id-Dħul:
- Allowance għat-Tfal.
- Allowance Supplimentari.
- Assistenza għad-Diżabilità.
- Biex jikkwalifika għall-Benefiċċju tal-Enerġija, id-dħul iddikjarat minn applikant m'għandux jeċċedi ħdax il-elf, sitt mija u wieħed u ħamsin ewro (€11,651) (Sena Bażi 2022).
- Jekk id-detentur tal-kont tad-Dawl u l-Ilma jiġi nieqes, dawk li għadhom joqogħdu fl-istess dar, iridu jirrappurtaw il-mewt tal-benefiċjarju lil ARMS Ltd. Jekk tkun għadha eliġibbli, il-persuna li tkun għadha toqgħod fl-istess dar, trid tgħaddi d-dettalji tal-kont il-ġdid tad-Dawl u l-Ilma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jibqa’ jingħata l-benefiċċju.
Kull tibdil fiċ-ċirkostanza għandu jiġi rrappurtat immedjatament lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali). Jekk id-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) ma jkunx infurmat dwar il-bidla fiċ-ċirkostanza, intitolament għall-benefiċċju jew parti minnu jista’ jintilef.