Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Dettalji Personali (DSS)

Overview

B’dan is-servizz, persuna tista’ taċċessa u tara l-informazzjoni personali tagħha li bħalissa hija miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS). Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li l-informazzjoni personali ma tistax tiġi emendata permezz ta’ dan is-servizz. Dan ifisser li persuna  għandha tirrevedu bir-reqqa l-informazzjoni ppreżentata biex tiżgura li hija preċiża u aġġornata.
 

What you’ll get

Tista’ tara l-informazzjoni personali tiegħek li jinkludu:

 

  • Isem u Kunjom.

  • Kunjom ta’ Xebba (fejn applikabbli).

  • Numru tal-Karta tal-Identità.

  • Numru tas-Sigurtà Soċjali (viżibbli biss għal dawk li għandhom il-karta tal-identità tispiċċa bl-ittra A).

  • Numru tal-Pensjoni (fejn applikabbli meta tkun qed tirċievi pensjoni kontributorji mid-DSS).

  • Data tat-Twelid.

  • Sess.

 

Importanti li jekk tinnota li xi informazzjoni hija skoretta, tinnotifika lid-Diparment tas-Sigurtà Soċjali billi tikklikkja hawn.

Application Requirements

Ikklikkja hawn biex taċċessa d-Dettalji Personali hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

 

Jekk waqt li tkun qed tipprova taċċessa dan is-servizz online tiltaqa' ma' xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza biex taċċessa dan is-servizz, is-sapport huwa disponibbli permezz tal-helpdesk tagħna:

 

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘mySocialSecurity’ mil-lista li tinżel u agħti d-dettalji tal-kwistjoni tiegħek, jew

  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità