Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Għajnuna Medika b’Xejn (Karta r-Roża) (DSS)

Overview

L-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża), tingħata lil persuna eliġibbli evalwata bit-Test tal-Mezzi, jew persuna li qed tirċievi Assistenza Soċjali; Assistenza Soċjali għal Ġenitur waħdu: Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg; Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja;  jew Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u Assistenza għal Diżabilità Severa. Persuni li għandhom tmenin (80) sena jew iktar, u li jirċievu l-Għajnuna Supplimentari, huma awtomatikament eliġibbli għall-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża).

Barra minn hekk, l-Għajnuna Medika mingħajr ħlas (Karta r-Roża) tista’ tingħata lil wild li jkun fostered u jgħix ma' familja jew student li jattendi edukazzjoni full-time li għaliha l-attendenza fl-iskola hija kkonfermata b'dokument mill-fakultà jew istituzzjoni edukattiva.

What you’ll get

Il-Persuna Responsabbli tal-familja jista’ jkollha dritt għal dik l-Għajnuna Medika bla Ħlas skont kif ser jiġi spjegat, bħal mediċini, nuċċalijiet, dentaturi jew għajnuniet prostetiċi oħra li fil-fehma tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern ikunu indikati fil-każ tal-persuna.

Application Requirements

Applikant jista’ jżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Għajnuna Medika mingħajr ħlas (Karta r-Roża) tingħata lill-Persuna Responsabbli tal-Familja.

  • Ir-Riżorsi Kapitali għal koppja m'għandhomx jaqbżu tlieta u għoxrin elf u tliet mitt ewro (€23,300) u erbatax-il elf ewro (€14,000) għal persuna waħeda.
  • Id-dħul għal persuna impjegata waħedha m'għandux jaqbeż mija u ħamsa u disgħin ewro u sitta u disgħin ċenteżmu (€195.96) fil-ġimgħa (flimkien ma' tmien ewro u ħmistax il-ċenteżmu (€8.15) addizzjonali għal kull persuna addizzjonali). Barra minn hekk, dħul minn xogħol bi ħlas għal koppja m’għandux jaqbeż mitejn u erbgħa ewro u ħdax il-ċenteżmu (€204.11) kull ġimgħa (flimkien ma’ tmien ewro u ħmistax il-ċenteżmu (€8.15) addizzjonali għal kull persuna addizzjonali flimkien mal-koppja li tgħix fl-istess dar).
  • Id-dħul għal pensjonant waħdu m'għandux jaqbeż mitejn ewro u erbgħa u tletin ċenteżmu (€200.34) fil-ġimgħa u għad-dħul tal-pensjonanti koppja m'għandux ikun aktar minn mitejn u erbgħa u għoxrin ewro u ħamsa u għoxrin ċenteżmu (€224.25) kull ġimgħa.

     

L-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża) hija mġedda awtomatikament kif ġej:

 

  • Fuq bażi ta’ kull sena, għal applikant li għandu aktar minn sittin (60) sena, u għal applikant li jirċievi Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u Assistenza għal Diżabilità Severa.
  • Kull erba’ (4) xhur, għal applikant taħt is-sittin (60) sena.
  • Il-pazjent irid ikun iċċertifikat bħala persuna Dijabetika qabel Marzu 2013 u ikun irrifjuta li jaqbeb għall-Kartuna Safra.

     

Kartuna s- Safra (Skeda V): 

 

  • Persuna li qed tbati minn marda kronika tista’ tkun eliġibbli għal Kartuna s-Safra (Skeda V). Il-Kartuna s-Safra (Skeda V) mhijiex ittestjata bit-Test tal-Mezzi, u tinħareġ mid-Dipartiment tas-Saħħa u mhux mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Tista' taċċessa l-website tad-Dipartiment tas-Saħħa billi tikklikkja hawn.

 

Dokumentazzjoni ġenerali: 

 

  • Rendikonti tal-Bank tal-kontijiet kollha bankarji lokali u barranin.

  • Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkwe Ħażniet / Ishma / Bonds u d-dħul derivat minnhom.

  • Valur tas-suq ta’ kull proprjetà vakanti f'Malta u / jew barra (li mhix Dar ta' Residenza u / jew Residenza tas-Sajf).

  • Kopja tal-irċevuta / kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza tkun mikrija.

  • Kopja tal-kuntratt tal-kera jekk il-kera tkun ġejja minn proprjetajiet oħra.

  • Rendikont / dokumenti li juru dħul minn pensjoni ta’ barra.

  • Kopja tal-payslip jekk j/taħdem.