Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Notifikazzjoni ta’ Proċediment barra minn Malta (DSS)

Overview

Jekk inti benefiċjarju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u tirċievi xi benefiċċju tas-sigurtà soċjali taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) huwa importanti li bidliet fiċ-ċirkustanzi tiegħek jiġu rrappurtati immedjatament lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Huwa importanti li tiċċekkja xi bdil fiċ-ċirkustanzi li jirrikjedu li jiġu rrapurtati skont il-benefiċċju li tkun qed tirċievi.

Jekk qed tippjana li tivvjaġġa barra minn Malta, kemm jekk temporanjament jew permanenti, għal aktar minn tliet (3) xhur, huwa importanti li tavża lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex tiżgura u tevalwa l-kontinwità tal-ħlasijiet tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tiegħek jekk għandhomx jitwaqqfu jew jitkomplew. Dan jinkludi ukoll l-aġġornament tal-dettalji ta’ kuntatt tiegħek kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Proċediment barra minn Malta, tirreferi għall-azzjoni li titlaq minn Malta biex tivvjaġġa jew tirriloka f’pajjiż barrani.

Għandek iżżomm f'moħħok li meta tkun applikajt għal benefiċċju, int iddikjarajt li tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta b'kull tibdil fiċ-ċirkostanzi lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali). Jekk id-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) ma jiġix infurmat b'tali bidla fiċ-ċirkustanza, id-dritt għall-benefiċċju, jew parti minnu, jista' jintilef jew jirriżulta f'ħlas żejjed.

Benefiċċju jew Assistenza Mhux Kontributorja mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) mhumiex esportabbli, jiġifieri l-benefiċċju jew l-assistenza li tkun qed tirċievi, jkollhom jiġu mwaqqfa. Għalhekk, jekk qed tirċievi dawn it-tipi ta’ benefiċċji u tmur tgħix f’pajjiż ieħor barra minn Malta, ma tkunx aktar eliġibbli biex tirċievi l-benefiċċju jew l-għajnuna mhux kontributorja li ngħatatlek. Madankollu, jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet limitati tal-ivvjaġġar għal benefiċċji speċifiċi, li jinkludu Assistenza Soċjali u Pensjoni tal-Età.

Mill-banda l-oħra, Benefiċċji Kontributorji speċifiċi u pensjonijiet imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) li jinkludu l-Pensjoni tal-Irtirar, il-Pensjonijiet tar-Romol u tal-Invalidità, Benefiċċju għal Qgħad u Benefiċċju tal-Mard huma esportabbli. Fil-waqt li l-Benefiċċju għal Qgħad huwa esportabbli fl-Unjoni Ewropea (UE), ifisser li dawn il-benefiċċji jew pensjonijiet jitkomplew jittieħdu.

What you’ll get

Meta tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali dwar kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkustanzi tiegħek li se tkun sejjer barra minn Malta, tkun qed tiżgura li l-benefiċċi u l-informazzjoni tiegħek, ikunu immaniġġjati sakemm tkun qiegħed barra minn Malta. Dan jinkludi aġġornamenti tad-dettalji ta’ kuntatt, biex jiġi żgurat li l-benefiċċji jitkomplew joħorġu mingħajr interrazzjoni, fejn applikabbli.
 

Application Requirements

Ikklikkja hawn biex tissottometti Notifikazzjoni ta’ Proċediment barra minn Malta, kemm jekk temporanjament jew permanenti.

Eligibility

Residenti ta’ Malta li qed jippjanaw li jsiefru jew jirrilokaw għal pajjiż ieħor barrani iridu:
  • Jindikaw il-pajjiż fejn sejrin.
  • Jispeċifikaw ir-raġuni u t-tul ta’ żmien tas-safar.
  • Jindikaw jekk hux ser "Jipproċedu jew Jirrelowkaw barra minn Malta" jew "Jipproċedu b’mod permanenti f’pajjiż ieħor" u jimlew id-dati relatati.
  • Dettalji ta’ Kuntatt ġodda, jekk qed tipproċedi b’mod permanenti jew tirreloka għal aktar minn sittin (60) jum barra minn Malta. F’każ ta’ benefiċjarji li jirċievi Allowances għal Tfal u/jew Allowances għal Tfal b’Diżabilità, id-dettalji ta’ Kuntatt ġdid huwa mitlub jekk se tipproċedi barra minn Malta għal aktar minn disgħin (90) jum.
 
Mhux Kontributorju

Persuna li tirċievi Pensjoni tal-Età, li hija pensjoni Mhux Kontributorja, tista’ tivvjaġġa għal massimu ta’ tliet (3) xhur lejn l-Awstralja, New Zealand jew il-Kanada matul sena kalendarja, mingħajr ma titlef l-ebda intitolament għal dak it-tip ta’ pensjoni.

Il-benefiċjarji tal-Assistenza Soċjali u l-Pensjoni tal-Età jistgħu jivvjaġġaw sa massimu ta’ xahar (1) f’sena kalendarja lejn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea (UE).

Dan il-kunsess jingħata jekk tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qabel it-tluq tiegħek. In-nuqqas li tirrapporta l-ivvjaġġar tiegħek, anki jekk żort dawn il-pajjiżi. Jekk tonqos milli tavża' jista’ jirriżulta fil-waqfien tal-ħlas tal-benefiċċji.

Kontributorju

Il-benefiċċji u l-pensjonijiet Kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) huma esportabbli fis-sebgħa u għoxrin (27) pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) u li jinkludu ukoll l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u f’ċirkostanzi speċifiċi, lejn ir-Renju Unit. Dawn jinkludu:
  • Pensjonijiet Kontributorji, Pensjonijiet tar-Romol u Pensjonijiet tal-Invalidità - dawn il-pensjonijiet kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali huma esportabbli kullimkien madwar id-dinja.
  • Allowances għal Tfal u Allowances għal Tfal b’Diżabilità huma esportabbli fis-sebgħa u għoxrin (27) pajjiż tal-Unjoni Ewropea (EU) u li jinkludu ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u fejn applikabbli għar-Renju Unit.
  • Il-Benefiċċji tal-Qgħad u l-Benefiċċji għall-Mard huma esportabbli fis-sebgħa u għoxrin (27) pajjiż tal-UE u li jinkludu ukoll l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u fejn applikabbli għar-Renju Unit.