Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Pensjoni tal-Età (DSS)

Overview

Il-Pensjoni ta’ l-Età tista' tingħata lil persuna li tilħaq is-60 (sittin) sena u ma jkollhiex biżżejjed Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew akkreditati biex tkun eliġibbli għal Pensjoni Kontributorja ta’ l-Irtirar u tissodisfa t-Test tal-Mezzi.

What you’ll get

Il-Pensjoni ta’ l-Età titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Application Requirements

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Rendikont tal-kontijiet kollha tal-Bank kemm lokali kif u barranin
  • Irċevuti tal-Kera (jekk tħallas il-kera).
  • Dokument/i dwar karozzi fil-pussess.
  • Dokument/i dwar proprjetà fil-pussess.
  • Jekk miżżewweġ/miżżewġa/unjoni ċivili / koabitazzjoni u konjuġi jew sieħeb/sieħba jaħdem/taħdem - kopja tal-payslip.
  • Jekk separati/iddivorzjati - kopja tal-kuntratt ta’ separazzjoni jew dokumenti tad-divorzju.

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Jekk applikant huwa miżżewweġ; f'unjoni ċivili; koabitazzjoni jew waħdu u li jirċievi l-Assistenza għal Diżimpjieg jew Assistenza Soċjali u jilħaq is-60 (sittin) sena.
  • Jekk il-konjuġi ta’ l-applikant tilħaq is-60 (sittin) sena qabel il-kap tal-familja, tista' tapplika għal Pensjoni tal-Età bi dritt tagħha stess sakemm il-kap tal-familja jilħaq l-età tal-pensjoni u jingħataw rata ta’ koppja.
  • Meta persuna tasal għal 61 (wieħed u sittin) sena u tkun intitolata għal Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali li tingħata b'rata aktar baxxa mir-rata ta’ koppja tal-Pensjoni tal-Età, l-applikant għandu japplika għad-differenza fl-Assistenza Soċjali/Pensjoni tal-Età.
  • L-applikant għandu jissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali għal koppja m'għandhomx jaqbżu tlieta u għoxrin elf u tliet mitt ewro (€23,300) u erbatax-il elf ewro (€14,000) għal persuna waħda.
  • Minn Jannar 2022, dawk li jkunu wirtu wara li bdew jirċievu l-pensjoni mhux kontributorja u jkunu ilhom jirċevuha għal mill-anqas ħames (5) snin, il-limitu tal-kapital huwa ħamsin elf ewro (€50,000) għal miżżewġin u tletin elf ewro (€30,000) għall-persuni waħidhom. Fuq l-istess parametri, donazzjonijiet sa total massimu ta’ għoxrin elf ewro (€20,000) li jsiru lill-ulied b’mod formali u legali u anke donazzjoni tal-arja tal-propjetà tal-pensjonant, ser jibdew jiġu esklużi mill-kalkolu tal-kapital tal-pensjonant.
  • Jekk koppja tirċievi Pensjoni tal-Età u l-konjuġi għandha/jkollha dritt għal Assistenza b'Diżabilità Severa, l-elegibilita' tal-Pensjoni tal-Età tkun ikkalkulata fuq id-dħul tal-familja minbarra l-intitolament li tirċievi l-konjuġi bħala Għajnuna b'Diżabilità Severa.
  • Kull dħul li ġej minn Kirjiet; Interessi Bankarji minn Kapital; Stokks u Ishma; Manteniment u kwalunkwe Dħul ieħor derivat, m'għandux jeċċedi r-rata massima ta’ Assistenza Soċjali jew Assistenza għal Diżimpjieg skont il-familja.