Positive Parenting
Overview
Il-Kors ta’ Trobbija Pożittiva hu mqassam fuq ħames ġimgħat u mwassal minn professjonisti mħarrġa fil-qasam. Kull sessjoni ddum madwar tlett (3) siegħat u ssir kull ġimgħa. Il-kors hu mmirat għal dawk kollha nvoluti fit-trobbija tat-tfal bhal ġenituri, nanniet, carers u oħrajn bil-għan li jindirizza l-isfidi li l-ġenituri jiltaqgħu magħhom fid-dinja ta’ llum.
What you’ll get
Fl-aħħar tal-kors, kull parteċipant jingħata ċertifikat ta’ attendenza u wkoll ħiliet fit-trobbija tat-tfal li fost l-oħrajn jindirizzaw it-dixxiplina pożittiva, valuri u regoli, kif ukoll jitgħallmu kif jgħarfu iktar l-emozzjonijiet tagħhom u t’uliedhom u jgħinuhom ukoll biex ikunu ta’ suċċess
Application Requirements
Isem tal-Aġenzija: Fondazzjoni ta’ Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali - Trobbija Posittiva
Indirizz: 36, Triq San Luqa, Gwardamanġa PTA 1318
Website: www.fsws.gov.mt
Numru ta’ Kuntatt: +356 2295 9000
Email: positive.parenting.acts@gov.mt
Imla l-applikazzjoni online u ssottometti.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Kull min hu b’xi mod involut fit-trobbija tat-tfal hu eliġibbli li jattendi.