Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Registration for a Psychotherapist’s Warrant

Overview

Il-Bord għall-Professjoni ta’ Psikoterapisti huwa rregolat bil-liġi biex josserva l-kriterji fl-Att tal-Professjoni tal-Psikoterapija (Kap. 587.) li jiddetrmina jekk persuna hijiex eliġibbli biex ikollha warrant u tirreġistra fir-reġistru uffiċċjali ta’ Psikoterapisti bil-warrant, li kapaċi tipprattika il-professjoni ta’ psikoterapista f’Malta.

What you’ll get

It-titolu ta’ Psikoterapista huwa protett taħt il-liġi Maltija. Huma biss dawk il-persuni li għandhom warrant maħruġa mill-Bord ta’ Psikoterapija Professjonali f’Malta li jistgħu jużaw it-titolu ta’ Psikoterapista f’Malta.

Application Requirements

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

Persuni jistgħu jikkwalifikaw għall-ħruġ ta’ warrant ta’ Psikoterapista fuq il-bażi li dik il-persuna:

  • hija ċittadina Maltija jew tal-Unjoni Ewropeja, jew xort’oħra tkun intitolata jew awtorizzata biex taħdem f’Malta,
  • għandha kondotta nadifa u jkollha karattru morali tajjeb,
  • ikollha kapaċità sħiħa legali,
  • tkun kisbet grad ta’ baċellerat f’xi xjenza umana jew xjenza  soċjali  maħruġ  minn  istituzzjoni  ta’  edukazzjoni ogħla  li  l-Ministru  jista’,  fuq  parir  tal-Bord,  jispeċifika f’regolamenti,
  • tkun kisbet, b’sodisfazzjon  tal-Bord,  taħriġ f’modalità  speċifika  tal-psikoterapija  għal  żmien  ta’  mhux inqas minn tlett elef (3,000) siegħa, jew l-ekwivalenti tagħhom ta’ mija u għoxrin (120) ECTS, li jkun ekwivalenti għal grad ta’ Masters, maħruġ minn istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla.

Il-kopji skannjati tad-dokumenti oriġinali sottomessi mal-applikazzjoni għandhom ikunu datati u ffirmati minn Psikoterapista Professjonali bil-warrant, li jiddikjara li ra d-dokumenti oriġinali u li vverifika li l-kopji huma ġenwini.