Reġistrazzjoni għal Warrant Permanenti jew Temporanju ta’ Counsellor
Overview
Il-Professjoni tal-Counselling f’Malta hija regolata mill-Att dwar il-Professjoni tal-Counselling (Kap. 538.) tal-Liġijiet ta’ Malta meta jiġi determinat jekk kandidat prospettiv huwiex eliġibbli biex jipprattika bħala Counsellor professjonali f’Malta.
What you’ll get
Warrant mill-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling biex tipprattika bħala Counsellor professjonali f’Malta.
Application Requirements
Jekk jogħġbok ikklikkja hawn biex tniżżel l-applikazzjoni. Ladarba timla l-applikazzjoni, ġentilment ibgħatha fuq l-indirizz Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), 212, Head Office, Triq il-Kanun, Santa Venera SVR 9034, flimkien ma’ ċekk ta’ tlettin ewro (€30) pagabbli lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal (MSPC). Din l-applikazzjoni tinsab bil-verżjoni ingliża biss.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Il-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling f’Malta u kull persunal involut f’dak l-ipproċessar biex jevalwa kwalunkwe applikazzjoni juża l-informazzjoni sottomessa fl-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ warrant ta’ Counsellor skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-Liġi. Il-Kunsill jista' wkoll jikseb informazzjoni dwar l-applikant minn ċerti partijiet terzi inklużi dipartimenti u awtoritajiet oħra tal-gvern biex jipprevjenu jew jiskopru l-kriminalità jew biex jipproteġu fondi pubbliċi b'modi oħra kif permess mil-liġi.
Kwalunkwe dokumentazzjoni barranija ppreżentata, teħtieġ li tiġi tradotta minn traduttur akkreditat.
Iċ-ċertifikat tal-MQRIC jeħtieġ li jiċċertifika li l-kwalifika akkademika ngħatat minn istituzzjoni rikonoxxuta u li l-livell miksub kien dak ta’ Livell 7 jew ogħla.