Reġistrazzjoni għal Warrant ta’ Psikologu jew bħala Supervizur f’Malta
Overview
Il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija ta’ Malta huwa marbut bil-liġi li josserva l-kriterji stabbiliti fl-Att dwar il-Psikoloġija ta’ Malta (Kap. 471.) biex jiġi ddeterminat jekk applikant prospettiv huwiex eliġibbli għal warrant biex jipprattika l-psikoloġija u jikseb it-titolu ta’ Psikologu Reġistrat.
Psikologu b'warrant jista' wkoll jirreġistra biex isir Superviżur approvat mill-Bord.
What you’ll get
It-titlu ta’ ‘psikologu’ huwa protett taħt il-liġi Maltija. Huma biss dawk il-persuni li jkunu ngħataw il-warrant mill-Bord tal-Professjoni tal-Psikoloġija ta’ Malta, li jistgħu jużaw it-titlu ta’ psikologu f’Malta.
Application Requirements
Biex tapplika għall-Warrant ta’ Psikologu Reġistrat jekk jogħġbok ikklikkja hawn. Mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni trid titħallas il-miżata obbligatorja ta’ tletin Ewro (€30).
AVVIŻ IMPORTANTI: Wara l-proċess ta’ pagament fl-applikazzjoni online, ġentilment tagħlaqx il-brawżer, peress li l-buttuna “Mur lura għall-Proċess” jeħtieġ li tiġi kklikkjata biex tiġi ffinalizzata s-sottomessjoni tal-applikazzjoni. Jekk din l-azzjoni ma titteħidx, l-applikazzjoni ma tiġix sottomessa b’suċċess.
Biex tirreġistra u tapplika għal Superviżur reġistrat mal-Bord, jekk jogħġbok ikklikkja hawn (verżjoni bl-ingliż biss) biex tniżżel l-applikazzjoni, timlieha u tibgħatha fuq l-email mppb.family@gov.mt.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Sabiex jipprattika bħala psikologu, irrispettivament mill-ispeċjalizzazzjoni, wieħed jeħtieġ warrant fil-psikoloġija. Il-warrant tingħata lil applikanti li għandhom kwalifika ta’ livell 7 tal-MQF f’lawrja rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal dik offruta mill-Università ta’ Malta, flimkien ma’ minimu ta’ sentejn (3770 siegħa) ta’ prattika taħt superviżjoni wara t-tlestija tal-Masters.
Il-Bord jirrikjedi li mill-inqas nofs is-sigħat ta’ superviżjoni meħtieġa jiġu minn psikologu bil-warrant, irreġistrat ukoll bħala superviżur, fi-qasam li fih tkun trid tingħata l-warrant. Għalhekk int mitlub tfittex superviżjoni minn psikologu bil-warrant, li jkun bħala s-superviżur fil-qasam ewlieni tiegħek.
Il-kopji tad-dokumenti oriġinali sottomessi mal-applikazzjoni għandhom ikunu datati u ffirmati minn professjonist legali fejn jiġi indikat li d-dokumenti huma kopji vera tad-dokumenti oriġinali.
Kwalunkwe dokumentazzjoni barranija sottomessa, teħtieġ li tiġi tradotta minn traduttur akkreditat.