Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Reġistrazzjoni taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (DSS)

Overview

Storikament, in-numru tar-reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek huwa numru elenkat taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) li permezz tiegħu tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa jagħtuk dritt għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali provduti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP. 318.), soġġett għall-kundizzjonijiet ta’ intitolament li jeżistu għal kull tip ta’ benefiċċju. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-kategoriji u l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li l-impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom/għalihom infushom iridu jħallsu, hawn.

Minn Ottubru tal-2016, in-numru ta’ reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali ma baqgħax joħroġ għall-persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità permanenti Maltija (bl-ittri M, L, G, H) u joħroġ biss għall-persuni li mhumiex fil-pussess ta’ Karta tal-Identità permanenti Maltija. Madankollu, dawk il-minuri li għadhom studenti taħt is-sittax-il (16) sena u għandhom Karta tal-Identità Maltija (14+) iżda jixtiequ jaħdmu fuq bażi temporanja, huma obbligati li jirreġistraw għal numru tas-sigurtà soċjali jekk l-aħħar sena skolastika obbligatorja ma tlestietx.

L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), jipprovdi li kull persuna li tkun f’impjieg assigurabbli Malti bejn l-età ta’ sittax (16) u ħamsa u sittin (65) sena għandha tkun assigurata, u dan jinkiseb awtomatikament meta l-persuna tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta. Tali rekwiżit obbligatorju jagħmel lil kull persuna assigurata eliġibbli biex titlob u tirċievi benefiċċji kontributorji tas-sigurtà soċjali, inkluża pensjoni tal-irtirar, soġġetta li tissodisfa l-kundizzjonijiet minimi tal-benefiċċju.

What you’ll get

Persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità permanenti Maltija, ikunu awtomatikament reġistrati taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (KAP. 318.) ladarba jkunu għalqu is-sittax-il (16) sena. Persuni li mhumiex fil-pussess ta’ Karta’ tal-Identità permanenti Maltija u li għandhom età bejn sittax-il (16) sena u l-età tal-pensjoni, iridu japplikaw għal numru ta’ reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali. Dan in-numru jinħareġ darba biss u huwa validu matul il-ħajja tal-applikant.

Dawk il-persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità permanenti Maltija, jirċievu ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni awtomatikament ftit jiem qabel jagħlqu l-età ta’ sittax-il (16) sena.

Għal dawk li ma jkollhomx Karta tal-Identità Maltija permanenti u li jagħmlu użu minn din l-applikazzjoni online, iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u n-numru tas-sigurtà soċjali jintbagħtu permezz tal-indirizz elettroniku pprovdut fl-applikazzjoni ladarba jintlaħqu l-kriterji tal-assigurazzjoni. Tali informazzjoni ma tiġix kondiviża ma’ partijiet terzi oħra sakemm ma tkunx koperta minn leġiżlazzjoni jew ftehim dwar il-kondiviżjoni tad-data.

Applikazzjoni tieħu madwar ġimagħtejn (2) sabiex tiġi ppoċessata jekk id-dokumenti mehmuża jkunu kif rikjesti.

Għal aktar informazzjoni dwar l-obbligi tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali ikklikkja hawn.

Application Requirements

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Iċ-Ċittadini Maltin kollha (ħlief dawk minuri).
    • Karta tal-Identità Maltija jew Passaport.
       
  • Iċ-Ċittadini Maltin kollha (minuri taħt is-sittax-il (16) sena).
  • Karta tal-Identità Maltija jew Passaport.
  • Ċertifikat tat-Tluq mill-Iskola u Profil jew nota ffirmata mill-Kap tal-Iskola fejn jikkonferma li l-istudent temm l-iskola obbligatorja.
  • Eżenzjoni mill-Iskola mis-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskola (NSSS) jekk il-minuri għadu ma temmx l-aħħar sena obbligatorja u għadu/ għadha ma għalaqx/ għalqetx l-età ta’ sittax-il sena. Importanti li din l-ittra ta’ eżenzjoni tkun f’idejn l-applikant/a qabel j/tapplika għan-numru tas-Sigurtà Soċjali.
  • Iċ-Ċittadini kollha tal-UE (Impjegati jew jaħdmu għal rashom).
    • Identifikazzjoni uffiċjali (bir-ritratt) maħruġ mill-pajjiż tagħhom u / jew Passaport.
    • Kopja tal-formola tal-ingaġġ ta’ JobsPlus jew ittra 'Promise of Employment' jew dokument simili li juri li l-applikant se jwettaq attività kemm jekk impjegat/jaħdem għal rasu f'Malta.
  • Ċittadini minn Pajjiżi mhux tal-UE (Impjegati).
  • Karta tal-Identità Maltija (jekk disponibbli) u Passport.
  • Kopja tal-formola tal-ingaġġ ta’ JobsPlus jew ittra 'Promise of Employment' jew dokument simili li juri li l-applikant se jwettaq attività kemm jekk impjegat/jaħdem għal rasu f'Malta.
  • Kopja tal-Liċenzja tal-Impjieg.
  • Ċittadini minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE, miżżewġin ma’ Maltin jew Ċittadini tal-UE (Impjegati jew jaħdmu għal rashom).
  • Karta tal-Identità Maltija (jekk disponibbli) u Passport.
  • Kopja tal-ittra mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Espatrijati, li turi prova li l-applikant jista’ jaħdem jew jgħix liberament f'Malta (Libertà tal-Moviment).
  • Kopja tal-formola ta' Ingaġġ ta' JobsPlus jew ittra 'Promise of Employment' (fil-każ ta' impjegati).
  • Ċittadini minn Pajjiżi mhux tal-UE (li jaħdmu għal rashom).
  • Karta tal-Identità Maltija (jekk disponibbli) u Passport.
  • Kopja tal-Formola tal-Impjieg-Liċenzja tax-Xogħol tal-JobsPlus.
  • Ċittadini minn Pajjiżi mhux tal-UE li għandhom permess biex jaħdmu f'Malta skont id-Direttivi tal-UE.
    • Karta tal-Identità Maltija (jekk disponibbli) u Passport.
    • Kopja tal-formola tal-ingaġġ ta’ JobsPlus jew 'Promise of Employment' (fil-każ ta' impjegati).
    • Kopja tal-permess rilevanti għax-xogħol f'Malta taħt waħda mid-Direttivi tal-UE, li tkun viżibbli fuq id-dokument ta' identifikazzjoni tal-applikant (jew iċ-ċertifikat ekwivalenti tiegħu) li jinħareġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuni li m’għandhomx fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità permanenti Maltija għandhom jipprovdu d-dokumenti meħtieġa sabiex japplikaw għal numru tas-sigurtà soċjali. Ladarba l-applikazzjoni tiġi sottomessa, dawn ikunu soġġetti għal test ta’ assikurazzjoni.
  • Dawk l-istudenti li għadhom ma temmux l-iskola obbligatorja (sal-Form 5) u għadhom ma għalqux sittax-il (16) sena u jixtiequ li jibdew jaħdmu, iridu jissottomettu applikazzjoni lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER). L-applikazzjoni trid tkun iffirmata mill-ġenitur/i jew kustodja/i legali tal-istudent u minn min ser ikun qed iħaddem. Hekk kif l-applikazzjoni tiġi approvata mid-DIER, is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskola (NSSS) toħroġ ittra ta’ eżenzjoni mill-iskola li tintbagħat lill-ġenitur/i jew kustodja/i legali tal-istudent. Ikklikkja hawn biex tniżżel l-applikazzjoni għall-Eżenzjoni mill-Iskola u l-proċeduri relatati.

Nota: L-applikazzjoni għal numru ta’ reġistrazzjoni għal skopijiet ta’ sigurtà soċjali ma jfissirx neċessarjament li inti tkun irreġistrat awtomatikament. Il-pożizzjoni tal-assikurazzjoni tiegħek trid tiġi determinata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.