Aħbarijiet Reċenti:
   - Jitnieda proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-passi li jmiss fir-riforma tal-pensjonijiet -    - Iktar minn 93,000 pensjonant qed jibbenefikaw minn żieda fil-pensjonijiet -   - Kull pensjonant jinnota żieda ta' €5 fil-ġimgħa mis-Sibt, 2 ta' Jannar, bil-bqija tal-ħlasijiet jibdew fil-jiem li ġejjin -   - Daqshekk sekwestri fuq benefiċċji soċjali -

Dikjarazzjoni ta` Missjoni

“biex nipprovdu l-għajnuna finanzjarja korretta u benefiċċji soċjali oħra lil persuni eliġibbli fil-ħin”

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Leġiżlazzjoni tasSigurtà Soċjali, li tipprovdi għall-ħlas ta’ benefiċċji taħt l-iskemi kontributorji u mhux kontributorji. Dawn l-iskemi jkopru l-popolazzjoni kollha li b’xi mod tirċievi dawn il-benefiċċji. Id-Dipartiment huwa prinċipalment involut li jassigura li jingħata appoġġ finanzjarju lil dawk is-sezzjonijiet tal-komunita’ li fil-biċċa l-kbira huma fil-bżonn, jiġifieri dawk bi dħul baxx, il-morda, l-anzjani u dawk qiegħda.

L-funzjonijiet ewlenin tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma li:

  • jevalwa, jħallas u jipprovdi informazzjoni dwar il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali
  • jħeġġeġ lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet biex ikunu konxji, u biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-legiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali
  • jżomm kont tas-sistema tas-sigurtà soċjali
  • jagħti parir lill-Ministru dwar l-iżvilupp ta’ liġijiet effettivi u dinamiċi għas-sigurtà soċjali​
Font Resize
Contrast