Logo
Logo
  • MT
  • EN

Allowance tal-Istudenti

Ħarsa ġenerali

L-Allowance tal-Istudenti tingħata lil koppji miżżewġa, koppji f’unjoni ċivili, koppji li qed jikkoabitaw, ġenituri separati jew emigranti li ġew lura Malta li għandhom il-kura u l-kustodja ta’ tfal, ta’ bejn is-16 u l-21 sena.

Meta t-tfal jagħlqu l-età ta’ 16-il sena u qegħdin f’edukazzjoni full-time mingħajr ma jirċievu stipendju, jew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba, jiġu intitolati li jirċievu l-Allowance tal-Istudenti.

X’se tingħata

Il-pagament għal din l-allowance titħallas kull 13-il ġimgħa bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Wieħed mill-ġenituri għandu jkun ċittadin ta’ Malta jew miżżewweġ lil Ċittadin Malti, jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadin ta’ pajjiż membru tal-Karta Soċjali Ewropea, jew ikollu status ta’ refuġjat u jirrisjedi b’mod ordinarju f’Malta jew Għawdex
  • L-applikanti għandhom ikunu residenti ta’ Malta mill-inqas 3 xhur qabel japplikaw
  • Id-dħul iddikjarat tal-ġenituri ma jaqbiżx il-€25,318

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Dikjarazzjoni mill-Kap tal-Iskola li trid tkun iffirmata u ttimbrata. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument

Kif tapplika

L-applikazzjoni trid tasal sa 6 xhur minn meta t-tfal jagħlqu 16-il sena skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-allowance jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tintbagħat tard.

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

Font Resize
Contrast