Reviżjoni tal-Assistenza għal Mard
Ħarsa ġenerali
L-Assistenza għal Mard tingħata lil persuna u/jew membri tal-familja jekk turi provi li jissodisfaw lid-Direttur tas-Sigurtà Soċjali li hi jew kwalunkwe membru tal-familja li jgħix fid-dar, qed tbati minn marda elenkata hawn taħt, li titfejjaq jew tittaffa biss b’dieta jew regoli dwar dieta speċjali li jġibu magħhom spiża addizzjonali.
- Mard ta’ Natura Malinja
- Mard Kardjovaskulari:
- Falliment Konġestiv tal-Qalb
- Pressjoni Għolja persistenti b’kejl tad-Dijastolika ‘l fuq minn 110 jekk baqgħet mhux trattata
- Mard Endokrinali:
- Il-marda ta’ Addison
- Diabete Mellitus taż-Żgħar
- Disturbi kkawżati minn nuqqas ta’ Enżimi
- Mard tal-Kliewi:
- Sindromu Nefrotiku
- Insuffiċjenza Renali Kronika
- Sistema diġestiva:
- Ulċera Peptika (fl-istonku u fid-duwodenu) Kronika
- Il-Marda Coeliac u Stejatorreja Idjopatika
- Il-Marda ta’ Crohn u Kolite Ulċerattiva
- Mard tal-Fwied:
- Ċirrożi Epatika flimkien ma’ Axxite jew Sintomi Newroloġiċi
- Il-Marda ta’ Wilson
- Iskiżofrenja Kronika
- Bi-polar Disorder
- Dipressjoni bi Psikosi
- Infezzjoni bil-mikrobu tal-H.I.V.
- Chronic lymphedema disease
- Fibromyalgia
- Myalgic Encephalomyelitis (ME)
- Fibrous Dsyplasia
- Mard Ieħor:
- Ħsara Fiżika jew Mentali kkawżata mid-Dijabete Mellitus sew jekk konġenitali jew akkwiżita
- Il-każijiet kollha tad-Dijabete
- Mard Terminali
X’se tingħata
L-Assistenza għal Mard titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.
L-ewwel pagament joħroġ mil-ewwel Sibt minn wara d-data ta’ l-applikazzjoni.
Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-assi kapitali ta’ koppja ma jridux jeċċedu €23,300 u dawk ta’ persuna waħedha ma jridux jeċċedu €14,000
- Għandhom kundizzjoni medika skont kif indikat fil-lista
- Id-dħul fil-ġimgħa ma jeċċedix €194.53 għal koppja u €170.62 għal persuna waħedha
- Il-persuna ma tridx tkun impjegata u taqla’ aktar minn €17.50 fil-ġimgħa
- F’każ ta’ koppja fejn wieħed jew waħda minnhom tkun qed tirċievi xi wieħed mill-assistenzi għal diżabilità u ma tkunx taħdem, dan id-dħul jiġi njorat
- F’każ ta’ koppja fejn wieħed jew waħda minnhom tkun qed tirċievi l-Allowance Miżjuda għal Carers u l-Allowance għal Carers, dan id-dħul jiġi njorat
- Sabiex armel jew armla jibqgħu eliġibbli għal Għajnuna għal Mard, jridu jkunu diġà pazjenti u għaldaqstant kienu diġà jirċievu l-Għajnuna għal Mard f’isimhom
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Rendikonti tal-Bank (kontijiet bankarji lokali u barranin)
- Kopja tal-irċevuti tal-kera (jekk id-dar tar-residenza hija mikrija)
- Kopja tal-ftehim tal-kera jekk il-kera tkun ġejja minn proprjetajiet oħra
- Dokumenti relattivi dwar il-valur ta’ kwalunkwe Ħażniet / Ishma / Bonds u d-dħul derivat minnhom
- Il-valur tas-suq ta’ kwalunkwe proprjetà vakanti (li mhix dar ta’ residenza u / jew residenza tas-sajf)
- Dikjarazzjonijiet / dokumenti relattivi dwar dħul li ġej minn pensjonijiet barranin
- Dokumenti dwar separazzjoni/Divorzju jekk ikun il-każ
Kif tapplika
Skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) u sabiex tiġi assigurata l-eliġibilità, id-Dipartiment jitlob li jsiru reviżjonijiet ta’ benefiċċji/assistenzi/pensjonijiet, minn żmien għal żmien, li fihom jitħaddem test tal-mezzi.
Ladarba tiġi sottomessa l-applikazzjoni ta’ reviżjoni, l-uffiċjal inkarigat jiċċekkja l-eliġibilità skont il-proviżjonijet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.