Informazzjoni dwar Riformi fil-Pensjonijiet Kontributorji

Pensjonijiet Kontributorji għall-Irtirar

Il-pensjonijiet kontributorji all-irtirar jinqasmu f’żewġ skemi, il-pensjonijiet b’rata fissa u l-pensjonijiet taż-żewġ terzi.

Il-pensjonijiet b’rata fissa jingħataw lill-pensjonanti li jirċievu wkoll pensjoni tas-servizz u lill-pensjonanti li għandhom dħul pensjonabbli baxx. Il-pensjonijiet taż-żewġ terzi jingħataw lill-pensjonanti ‘l oħra kollha.

Pensjoni sħiħa għall-irtirar teħtieġ medja annwali ta’ mill-inqas 50 kontribuzzjoni mill-1956 jew mill-età ta’ 19-il sena (skont liema minnhom isseħħ aktar tard) u/jew mill-età ta’ 18-il sena, jekk wieħed ikun twieled wara l-1958 sal-aħħar sena sħiħa qabel is-sena tal-irtirar.

Skont ir-Rapport tar-Riforma fil-Pensjonijiet tal-2010, b’effett minn Jannar 2014, l-età tal-pensjoni żdiedet għal 62 sena, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, u l-akkumulazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet meħtieġa għal pensjoni sħiħa taz-żewġ terzi żdiedet għal 35 sena.

Għal dawk il-pensjonanti li kienu jirċievu l-pensjoni qabel 2006, u kienu intitolati għal għotja ta’ darba li ingħatat mar-rata tal-pensjoni, din iż-żieda għadha tingħatalhom fir-rata ta’ kull sena.

L-età statutorja tal-Pensjoni hija kif ġej:

Persuna li twieldet bejn: Età tal-Pensjoni 
​1952 u 1955 ​62
​1956 u 1958 ​63
​1959 u 1961 ​64
Persuni li twieldet minn: Età tal-Pensjoni
​1/1/1962 il-quddiem ​65

Persuna tista’ tagħżel li tirtira qabel l-età tal-pensjoni iżda mhux qabel il-61 sena sakemm ma tkunx f’impjieg bi qligħ u tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet stipulati bejn l-età ta’ 18-il sena u d-data tal-irtirar kif ġej:

Persuna li twieldet bejn: Numru ta’ Kontribuzzjonijiet Imħallsa
​1952 u 1961 1820 (35 sena)
​1962 u 1968 ​2080 (40 sena)
Persuna li twieldet minn: Numru ta’ Kontribuzzjonijiet Imħallsa​
​1/1/1969 il-quddiem ​2132 (41 sena)

Inċentivi għall-persuni li jagħżlu li ma jeħdux il-pensjoni tal-irtirar u jibqgħu fl-impjieg tagħhom jew jaħdmu għal rashom.

L-ewwel pass li ħa l-Gvern ta’ Malta kien billi nieda dan l-inċentiv għall-ħaddiema fis-settur privat u għal min jaħdem għal rasu kif ġej:

Età tal-Pensjoni tal-Irtirar Għażla ta’ età f’impjieg* Żieda f% fir-rata tal-Pensjoni ​​Età ta’ Intitulament
     61    ​62      5 ​      62
​     62    63 ​     5.5 ​      63
​     63    64      ​6       ​64
​     64    65      ​6.5 ​      65

* mingħajr ma jitolbu l-pensjoni tal-irtirar tagħhom fl-età tal-pensjoni tal-irtirar

Dawk li jagħżlu li jipposponu l-Pensjoni tal-Irtirar tagħhom għal aktar minn sena, se jkollhom iż-żieda perċentwali tal-pensjoni tagħhom akkumulata hekk kif ġej:

​Età tal-Pensjoni tal-Irtirar ​Għażla ta’ età f’impjieg* Żieda f’% fir-rata tal-Pensjoni ​​Età ta’ Intitulament
​61 ​63 ​10.5 ​63
​61 ​64 ​16.5 ​64
​61 ​65 ​23 ​65
​62 ​64 ​11.5 ​64
​62 ​65 ​18 ​65
​63 ​65 ​12.5 ​65

* mingħajr ma jitolbu l-pensjoni tal-irtirar tagħhom fl-età tal-pensjoni tal-irtirar

Iż-żieda perċentwali fil-pensjoni hija kumulattiva u tibqa titħallas sal-mewt tal-pensjonant.

Il-perċentwal taż-żieda fil-pensjoni se jkun pagabbli lill-persuni eliġibbli kollha li jirċievu Pensjoni Kontributorja għall-Irtirar li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq inklużi dawk li jirċievu l-Pensjoni Massima taż-Żewġ Terzi.

Iż-żieda perċentwali hija pagabbli apparti minn żidiet oħra fil-pensjonijiet, inkluża ż-Żidiet tal-Għoli tal-Ħajja.

Iż-żieda perċentwali tiġi ttrasferita fil-każ ta’ Pensjoni Kontributorja tar-Romol.

Aktar Informazzjoni

L-inċentivi għall-persuni li jżommu l-impjieg tagħhom lil hinn mill-età ta’ 61 sena jew mill-eta’ tal-pensjoni tagħhom, daħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2016, u [ew estizi għall-impjegati tas-settur pubbliku mill-1 ta’ Jannar 2019. Għalhekk, persuna li kienet eliġibbli għal Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar tal-inqas fl-età ta’ 61 sena, iżda li tagħżel li titlob il-pensjoni tagħha tal-anqas b’differiment ta’ sena, se tibbenefika miż-żidiet fil-perċentwal tal-pensjoni msemmija. Din iż-żieda se takkumula kull sena hekk kif id-data tal-għoti tal-pensjoni tiġi posposta. Persuna imjegata li tagħżel li tirtira wara l-età tal-pensjoni statutorja tagħha tista tagħmel dan bi ftehim mal-imgħallem tagħha.

Hawn taħt hawn tliet eżempji li se jgħinu biex jispjegaw dan l-inċentiv ġdid (jekk wieħed jassumi li z-zieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ta’ €1.75 fil-ġimgħa).

  1. Persuna intitolata għal pensjoni kontributorja ta’ €8,000 fis-sena (€153.84 kull ġimgħa) fl-età ta’ 61 sena.
​Talba għal Pensjoni ta’ età ​Flok l-età ​Pensjoni tiżdied għal Pensjoni fil-Ġimgħa
​62 ​61 ​€8,464 ​€162.77
​63 ​61 ​€8,974 ​€172.58
​64 ​61 ​€9,433 ​€181.40
​65 ​61 ​€10,139 ​€194.99

Għalhekk, jekk persuna li hija intitolata għal pensjoni kontributorja ta’ €153.84 fil-ġimgħa fl-età ta’ 61 sena, u tkompli taħdem sal-età ta’ 65 sena u għalhekk titlob il-pensjoni tagħha fl-età ta’ 65 sena, l-intitolament tal-pensjoni tagħha jiżdied għal €194.99 fil-ġimgħa, żieda netta ta’ kważi €41.15 fil-ġimgħa.

  1. Persuna intitolata għal pensjoni kontributorja ta’ €9,500 fis-sena (€182.69 fil-ġimgħa) fl-età ta’ 62.
​Talba għal Pensjoni ta’ età ​Flok l-età ​Pensjoni tiżdied għal ​Pensjoni fil-Ġimgħa
​63 ​62 ​€10,039 ​€193.06
​64 ​62 ​€10,632 ​€204.46
​65 ​62 ​€11,280 ​€216.93

Għalhekk, jekk persuna li hija intitolata għal pensjoni kontributorja ta’ €182.69 fil-ġimgħa fl-età ta’ 62 sena, tkompli taħdem sal-età ta’ 65 sena u għalhekk titlob il-pensjoni tagħha fl-età ta’ 65 sena, l-intitolament tal-pensjoni tagħha jiżdied għal €216.93 fil-ġimgħa, żieda netta ta’ kważi €34.24 fil-ġimgħa.

  1. Persuna intitolata għal pensjoni kontributorja ta’ €11,500 fis-sena (€221.15 fil-ġimgħa) fl-età ta’ 63.
​Talba għal Pensjoni ta’ età ​Flok l-età ​Pensjoni tiżdied għal ​Pensjoni fil-Ġimgħa
​64 ​63 ​€12,139 ​€233.44

​65

​63 ​€12,842 ​€246.96

Għalhekk, jekk persuna li hija intitolata għal pensjoni kontributorja ta’ €221.15 fil-ġimgħa fl-età ta’ 63 sena u tkompli taħdem sal-età ta’ 65 sena u b’hekk titlob il-pensjoni tagħha fl-età ta’ 65 sena, ikollha l-intitolament tal-pensjoni tagħha jiżdied għal €246.96 fil-ġimgħa, żieda netta ta’ kważi €25.81 fil-ġimgħa.

Pensjoni tal-Età Mhux Kontributorja

Persuni li huma residenti f’Malta, ta’ aktar minn 60 sena u li ma jikkwalifikawx għal pensjoni kontributorja għall-irtirar minħabba li ma jkollhomx in-numru minimu ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa jewak akkreditati, jistgħu jkunu intitolati għal Pensjoni tal-Età mhux kontributorja jekk jissodisfaw it-test tal-mezzi tal-kapital u tad-dħul.

Pensjoni Kontributorja għall-Invalidità

Il-pensjonijiet kontributorji għal Invalidità jingħataw lil persuni li jkunu ħallsu mill-inqas 250 kontribuzzjoni u li jkunu qed ibatu minn kundizzjoni medika li skont il-bord mediku tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tagħmilhom inkapaċi b’mod permanenti għal kwalunkwe impjieg full-time u/jew part-time.

Dawn il-persuni għandhom ikunu inkapaċi għax-xogħol (li jsofru mill-kundizzjoni medika tagħhom) għal mill-inqas sitt xhur qabel it-talba tagħhom u f’impjieg kontinwu u/jew jirreġistraw għax-xogħol fuq ir-reġistru tal-Parti 1 miżmum minn Jobsplus għal mill-inqas sena (1).

Hemm tmien rati tal-Pensjoni għal Invalidità skont il-medja annwali tal-kontribuzzjonijiet imħallsa u/jew ikkreditati u l-istat ċivili tar-rikorrent. Dawn ir-rati mhumiex relatati mas-salarju li kienet taqla l-persuna eliġibbli meta kien/kienet fl-impjieg jew xogħol għal rasha.

Kontributorja għar-Romol

Il-pensjonijiet kontributorji għar-romol jingħataw lil persuni romol li l-konjuġi tagħhom kien/kienet ħallset bizzejjed kontribuzzjonijiet li bis-saħħa tagħhom ikollha medja ta’ mhux inqas minn 15 il-kontribuzzjoni fis-sena. Tali pensjoni tista’ titħallas ukoll fejn il-konjuġi jkun miet/et minħabba xi diżgrazzja waqt il-qadi ta’ dmirijiethom (f’impjieg).

Pensjoni għar-romol titħallas sħiha mingħajr ebda tnaqqis jekk l-armla tkun qed twettaq xogħol bi qligħ full-time u, fejn armla tiżżewweġ mill-ġdid, tkun dovuta pensjoni b’rata fissa tar-romol.

Ħajja Barranija Barra mill-Pajjiż

Ċittadini Maltin li jgħixu l-Awstralja, il-Kanada jew New Zealand

Sabiex ċittadini Maltin residenti fl-Awstralja, il-Kanada jew New Zealand jitolbu pensjoni Maltija, huma għandhom jagħmlu talba permezz tal-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż li jgħixu fih.

Ċittadini Maltin jgħixu f’Pajjiżi fl-Unjoni Ewropea

Sabiex ċittadini Maltin li jgħixu f’pajjiż tal-UE jitolbu pensjoni Maltija, huma jridu jagħmlu talba permezz tal-instituzzjoni tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom. Jekk il-persuni kkonċernati kienu assigurati fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom, huma għandhom jagħmlu t-talba permezz tal-instituzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-istess pajjiż. Jekk iċ-ċittadini Maltin ikkonċernati, jgħixu f’pajjiż tal-UE iżda qatt ma ħadmu hemm, l-applikazzjoni xorta waħda għandha tiġi ppreżentata permezz tal-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-istess pajjiż. It-talba mbagħad tintbagħat għall-ipproċessar lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta mill-istess pajjiż ta’ residenza.

Ċittadini Maltin li jgħixu f’Pajjiżi li mhumiex Stati membri tal-Unjoni Ewropeja

Sabiex ċittadini Maltin li jgħixu f’pajjiż li mhux Stat membru tal-Unjoni Ewropeja jitolbu pensjoni Maltija, huma għandhom jippreżentaw applikazzjoni direttament mad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali f’Malta. Dan jista’ jsir jew billi jitniżżlu l-formoli tal-applikazzjoni mill-website tas-Sigurtà Soċjali u jintbagħtu bil-posta jew billi tiġi ppreżentata talba fiżikament waqt btala f’Malta.

Il-formoli għal kull tip ta’ pensjoni jistgħu jitniżżlu minn dan il-website billi tagħżel is-sezzjoni ta’ Ftehimiet Bilaterali.​