Bdil ta’ Indirizz Barrani (mhux awtentikat bl-e-ID)

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz jipprovdi l-faċilità li tbiddel l-indirizz postali tiegħek irreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jekk tkun sejjer toqgħod barra minn Malta jew jekk tkun diġà toqgħod barra minn Malta u trid tibdel l-indirizz tiegħek għal pajjiż differenti.

Jekk qed toqgħod barra l-pajjiż u diġà għandek indirizz postali barrani reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u trid tibdel l-indirizz postali tiegħek fl-istess pajjiż ta’ residenza, ikklikkja hawn. (L-utent irid jawtentika bl-e-ID maħruġa minn Identity Malta biex ikollu aċċess għal dan is-servizz online).

X’se tingħata

Ibdel l-indirizz postali tiegħek minn indirizz Malti għal indirizz barrani u viċi versa; jew lejn pajjiż differenti. Din l-informazzjoni ma tiġix aġġornata istantanjament peress li l-ewwel jeħtieġ li tiġi vverifikata.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Ikollok bżonn tipprovdi l-indirizz sħiħ il-ġdid tiegħek li trid tibdel għalih.
  • Ikollok bżonn tipprovdi n-Numru tal-Pensjoni tiegħek u n-numru tal-Karta tal-Identità.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.