Talba għal Dikjarazzjoni ta’ Ebda Qligħ
Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz huwa maħsub għal dawk iċ-ċittadini li jixtiequ jirċievu dikjarazzjoni maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li tiċċertifika li ma saru l-ebda pagamenti tal-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali matul is-sena kurrenti (sad-data meta nħarġet id-dikjarazzjoni).
X’ser jingħata
Inti ser tirċievi dikjarazzjoni uffiċjali bl-email jew bil-posta bħala prova li l-ebda benefiċċji ma jkunu tħallsu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali matul is-sena kurrenti.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Ċittadin li bħalissa mhuwiex benefiċjarju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Dettalji tal-email, numru ta’ kuntatt u l-indirizz
Kif tapplika
Imla u ssottometti t-talba online.