Talba għal Bilanċ tal-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali mill-Werriet/a
Ħarsa ġenerali
Persuna benefiċjarja mejta setat kienet intitulata għal xi pagament qabel jew waqt il-mewt. Biex tagħmel talba għal ħlas dovut lil benefiċjarju mejjet/mejta, imla u ibgħat l-applikazzjoni malajr kemm jista’ jkun wara l-mewt.
X’ser jingħata
Ħlas tas-Sigurtà Soċjali li kien dovut lil benefiċjarju mejjet, jista’ jitħallas lil xi membru tal-familja jew rappreżentant legali tal-patrimonju.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Il-werriet / werrieta jistgħu jitolbu li jirċievu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali l-bilanċ tal-benefiċċju/i tas-Sigurtà Soċjali li kellu jkun intitolat għalih il-benefiċjarju mejjet sad-data tal-mewt tiegħu.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
Kopja tal-aħħar Testment tal-benefiċjarju mejjet, jekk dan kien sar. Din trid tiġa mehmuża mal-applikazzjoni.
Jekk ma kienx hemm Testment, irid jiġi mniżżel id-dokument Anness 1 mill-werriet/a u jiġi mimli u ffirmat mingħand professjonist awtorizzat. Dawk li jistgħu jagħmluha ta’ xhud jista’ jkun Qassis, Tabib, Gradwat tal-Università, Membru Parlamentari, Maniġer ta’ Bank, Uffiċċjal Pubbliku fi grad mhux anqas minn dak ta’ Prinċipal jew Uffiċċjal tal-Pulizija fi grad mhux anqas minn dak ta’ Spettur.
Barra minn hekk, jekk hemm aktar minn Werriet wieħed, irid jitniżżel id-dokument Anness 2 li ukoll irid jiġi mimli u ffirmat mill-werrieta kollha fiż-żewġ każijiet, kemm meta tkun mehmuża kopja tal-aħħar Testment jew l-Anness 1 mal-applikazzjoni għat-talba għal Bilanċ tal-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali mill-Werriet.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.