Logo
Logo
  • MT
  • EN

Data, Informazzjoni u Żvelar Protett

Irrapporta nuqqas ta’ osservanza mal-provedimenti tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP.318.)

Id-Direttorat għall-Osservanza ta’ Benefiċċji għandu l-obbligu li jiżgura li l-benefiċċji u s-servizzi soċjali jaslu għand dawk il-benefiċċjarji li verament ħaqqhom. Id-Direttorat jinvestiga r-rapporti kollha li huwa jirċievi fejn hu allegat li l-benefiċċji soċjali u servizzi li jiġu mogħtija jew riċevuti mhumiex f’osservanza mal-provedimenti tal-liġi applikabbli. Jekk tissuspetta li xi persuna tkun qegħda tirċievi benefiċċji soċjali li mhumiex f’osservanza mal-provedimenti tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, int tista’ tiġbed l-attenzjoni tad-Direttorat billi tissottometti talba kunfidenzjali għall-investigazzjoni hawn​​​.

Politika li tirregola r-Ritenzjoni ta’ Dokumenti Diġitali u Fiżiċi fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Din il-Politika għandha l-għan li tirregola ż-żamma, il-manutenzjoni u kif tiġi mormija d-data u d- dokumentazzjoni, kemm personali kif ukoll oħrajn, fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kif previst fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP.318​.) tal-Liġijiet ta’ Malta, u b’konformità mal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data, u dispożizzjonijiet legali oħrajn fil-Liġijiet ta’ Malta, b’mod partikolari r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679(GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data 2018 (KAP.586.​) tal-Liġijiet ta’ Malta. li jirregola l-ipproċessar tad-data personali. Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn.

Protezzjoni tad-Data

Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586.), għandna d-dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħandek u aħna se nsegwu dan id-dmir. Aħna ser nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex ma nħallux xi aċċess mhux awtorizzat. Aħna ma ngħaddux id-dettalji miġbura minnek bħala viżitatur u/jew utent, lil xi partijiet terzi sakemm ma tagħtiniex il-kunsens biex nagħmlu dan jew kif awtorizzat bil-liġi. Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn​

Font Resize
Contrast