Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Numru tas-Sigurtà Soċjali

Ħarsa ġenerali

In-numru tas-sigurtà soċjali (qabel magħruf bħala numru tal-N.I. jew Numru tal-Assigurazzjoni Nazzjonali) jirreġistra individwu taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) u meħtieġ għal ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Dan in-numru jinħareġ darba biss u jibqa’ validu tul il-ħajja tal-individwu, anke f’evantwalità ta’ tibdil ta’ xgħolijiet oħra.

Minn Ottubru 2016, individwi li għandhom Karta tal-Identità Maltija bis-serje M, L, G, H ma jibqgħux jingħataw numru separat tas-Sigurtà Soċjali. Minflok in-numru tal-Karta tal-Identità jservi bħala n-numru tas- Sigurtà Soċjali.

Intant, jekk int impjegat jew persuna li taħdem għal rasek u li għandek il-Karta ta’ Residenza Maltija tispiċċa bil-‘A’, jew m’għandekx Karta ta’ Residenza Maltija permanenti, trid titlob li jinħariġlek in-Numru tas-Sigurtà Soċjali.

Minn Lulju 2025, jekk inti ċittadin ta’ Pajjiżi Terzi jew ċittadin tal‑UE u li għandek Karta ta’ Residenza Maltija tas‑serje ‘A’ u li se tkun qed taħdem  għall‑ewwel darba f’Malta, m’għandekx tissottometti applikazzjoni għan‑Numru tas‑Sigurtà Soċjali. Din it-talba trid issir minn min iħaddmek, li jrid jissottometti Engagement Form tal-Jobsplus f’ismek. Ladarba din tiġi sottomessa, id-dettalji tiegħek jiġu awtomatikament trasmessi lid-Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali u, jekk inti tkun eliġibbli, in‑Numru tas‑Sigurtà Soċjali jinħariġlek awtomatikament.

Bl‑istess mod, jekk inti persuna taħdem għal rasek trid tissottometti Engagement Form tal-Jobsplus biex tirreġistra x‑xogħol tiegħek, id‑detalji tiegħek jintbagħtu lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, u jekk tkun eliġibbli, in‑Numru tas‑Sigurtà Soċjali jinħareġ awtomatikament.

Jekk in-numru tal-Karta tal-Identità Maltija ma jkunx trasmess fl-Engagement Form ta’ Jobsplus, kemm jekk inti impjegata jew inti persuna li ser tkun qed taħdem għal rasek, trid tapplika għan-Numru tas-Sigurtà Soċjali. Dan tista’ tagħmlu billi tagħmel użu mill-applikazzjoni online indikata aktar ‘l isfel f’din il-paġna jew billi żżur ċentru ta’ Servizz.gov.

Iċ‑Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni u n‑Numru tas‑Sigurtà Soċjali tiegħek jintbagħtu bil‑posta jew inkella bl‑email jekk indirizz elettroniku jkun irreġistrat mad‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali.

Jekk inti ċittadin tal‑UE li ma tixtieqx tapplika għal Karta ta’ Residenza Maltija skont l‑Att dwar il‑Libertà tal‑Moviment, inti mitlub tapplika għal Numru tas‑Sigurtà Soċjali jew permezz tal‑applikazzjoni online indikata aktar ‘l isfel f’din il-paġna jew billi żżur ċentru ta’ Servizz.gov.

Barra minn hekk, jekk inti taqa’ taħt wieħed minn dawn il-kategoriji speċifiċi ta’ impjegati li ġejjin, min iħaddmek jista’ japplikalek f’ismek għal numru tas-Sigurtà Soċjali permezz tal-applikazzjoni online indikata aktar ‘l isfel f’din il-paġna:

  • Ekwipaċċ tal-Ajru:Jekk inti persuna li ser tkun qed taħdem bħala ekwipaċċ fuq ajruplan li l-bażi ewlenija tiegħu tinsab Malta u li hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni Maltija skont ir-Regolament tal-UE 883/2004.
  • Baħri:Jekk inti persuna li ser tkun qed taħdem jew bħala impjegat/a jew bħala persuna taħdem għal rasha fuq vapur Malti u li hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni Maltija skont ir-Regolament tal-UE 883/2004.
  • Trasportatur:Jekk inti persuna li ser tkun qed taħdem f’diversi Stati Membri tal-EU minħabba d-dmirijiet tat-trasport u li hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni Maltija skont ir-Regolament tal-UE 883/2004.
  • Ċittadin Ħaddiem f’sitwazzjoni transkonfinali tal-EU:Jekk inti persuna li ser tkun qed taħdem f’sitwazzjoni kumplessa bejn Stati Membri tal-EU differenti u li hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni Maltija skont ir-Regolament tal-UE 883/2004.
  • EUNA:Jekk inti ċittadin/a tal-UE u ser tkun irreġistrat/a ma’ impjegatur Malti.

Jekk se tkun irreġistrat/a  taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali jew akkwistajt numru tal-Karta ta’ Residenza Maltija, meħtieġ li taġġorna d-dettalji ta’ kuntatt u dawk bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali permezz tal-app mySocialSecurity.

X’se tingħata

Jekk inti persuna li għandek Karta tal-Identità Maltija permanenti, inti tkun irreġistrat/a awtomatikament taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) ladarba tilħaq l-età ta’ sittax-il (16) sena, u tirċievi ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ftit jiem qabel għeluq sninek.

Bħala impjegat/a jkollok il-kontribuzzjonijiet jiġu mnaqqsa mis-salarju tiegħek. Filwaqt li jekk inti persuna li ser tkun qed taħdem għal rasek trid tħallas direttament lill-Kummissarju tat-Taxxi. Dawn il-kontribuzzjonijiet imħallsa jistgħu jagħtuk id-dritt għal xi ċerti benefiċċji taħt l-Att (Kap. 318), suġġetti għal kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà. Aktar informazzjoni dwar kategoriji ta’ kontribuzzjoni u ammonti li għandhom iħallsu impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom jew ikunu jaħdmu għalihom infushom hija disponibbli billi tikklikkja hawn.

Għal aktar informazzjoni dwar l-obbligi tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali ikklikkja hawn.

Eliġibbiltà u Dokumentazzjoni Meħtieġa

Inti eliġibbli għall-ħruġ ta’ Numru tas-Sigurtà Soċjali jekk:

  • M’għandekx diġà numru tas-Sigurtà Soċjali Malti.
  • Qed tiġi impjegat/a għall-ewwel darba f’Malta jew se tibda taħdem għal rasek.
  • Jekk għandek mill-anqas erbatax-il (14) sena u għadek fl-età obbligatorja tal-iskola, il-ġenitur jew il-kustodju legali tiegħek irid l-ewwel japplika għal permess permezz tas-Servizzi Nazzjonali ta’ Appoġġ għall-Iskejjel.

    Dokumentazzjoni meħtieġa meta tissottometti Applikazzjoni Online hekk kif indikata fl-aħħar ta’ din il-paġna

        • Ċittadini tal-UE (Impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom) mingħajr Karta tal-Identità Maltija valida:
          • Kopja tal-kuntratt tax-xogħol iffirmat minn min ser iħaddmekli turi li inti se twettaq impjieg jew xogħol għal rasek f’Malta.
        • Ċittadini mhux tal-UE (Impjegati):
          • Kopja tal-kuntratt tax-xogħol iffirmat minn min ser iħaddmek, li jindika d-data tal-bidu tal-impjieg u jikkonferma l-impjieg jew xogħol għal rasek f’Malta.
          • Kopja tal-Liċenzja tal-Impjieg (Permess tax-Xogħol) li turi n-numru ta’ RefCom.
        • Ċittadini mhux tal-UE miżżewġin ma’ ċittadin Malti jew tal-UE (Impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom):
          • Kopja ta’ ittra mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Espatrijati li tikkonferma d-dritt li taħdem jew tgħix liberament f’Malta taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Moviment.
          • Kopja tal-kuntratt tax-xogħol iffirmat minn min iħaddmek, li tindika d-data tal-bidu tal-impjieg jew tikkonferma xogħol għal rasek f’Malta.
        • Ċittadini mhux tal-UE (Persuni li jaħdmu għal rashom):
          • Kopja tal-Liċenzja tal-Impjieg.
        • Ċittadini mhux tal-UE b’permess biex jaħdmu f’Malta taħt Direttivi tal-UE:
          • Kopja tal-kuntratt tax-xogħol iffirmat minn min iħaddmek, li tindika d-data tal-bidu tal-impjieg.
          • Kopja tal-permess relevanti biex taħdem f’Malta taħt Direttivi tal-UE, kif jidher fuq id-dokument ta’ identifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti maħruġ mill-Aġenzija tal-Gvern Malti Identità.
        • Persuna li qed tfittex Ażil u qed titlob li taħdem f’Malta:
          • Kopja tal-kuntratt tax-xogħol iffirmat minn min iħaddmek, li tindika d-data tal-bidu tal-impjieg.

        Kif tapplika

        Jekk taqa’ taħt waħda mill-kundizzjonijiet li skonthom inti indikat/a li trid timla applikazzjoni online hawn fuq, ikklikkja hawn. (verżjoni bl-ingliż biss)

        Let us assist you
        Help us improve our information
        Your Europe
        Help us improve our procedure
        Report an obstacle
        L-aħħar Aġġornament: 18/08/2026