Mistoqsijiet Frekwenti
Mistoqsija: Huwa meħtieġ kont tal-e-ID biex wieħed jappella kontra deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta huwa meħtieġ biex wieħed jappella kontra deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ikklikkja hawn dwar kif toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.
Mistoqsija: Għalxiex hemm bżonn tagħmel appell kontra deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Appell jista’ jiġi ppreżentat minn ċittadin Malti jew mhux Malti kontra deċiżjoni tad-Dipartiment tas- Sigurtà Soċjali quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali. Appell jista’ jsir biss fuq punt ta’ liġi jew prinċipju ta’ importanza li joħorġu mid-deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
Mistoqsija: X’inhu meħtieġ sabiex isir appell?
Tweġiba: Sabiex isir appell hemm bżonn li tibgħat l-appell online fejn għandek tispjega jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni li jkun ħa d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ma’ l-applikazzjoni trid tehmeż kopja skenjata tal-ittra ta’ deċiżjoni li tkun intbagħtet lilek mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll xi dokumenti oħra li jkollok bżonn waqt is-seduta ta’ quddiem l-Arbitru biex turi xi provi li jista’ jkollok. Huwa importanti li tiċċekkja sew id-dettalji tiegħek, inkluż l-email indikat, sabiex kull risposta li tintbagħatlek int tkun infurmat matul il-proċess.
Mistoqsija: Hemm xi żmien sakemm nista nibgħat appell lill-Uffiċċju tal-Arbitru?
Tweġiba: Iva, għandek ċans ta’ tletin (30) jum mid-data tal-ittra ta’deċiżjoni li nbagħtet lillek mid- Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex tibgħat l-appell lill-Uffiċċju tal-Arbitru.
Mistoqsija: Jista’ xi ħadd ieħor japplika f’ismi?
Tweġiba: Iva, jista’ japplika xi ħadd ieħor f’ismek li huwa ta’ fiduċja tiegħek jew billi żżur wieħed miċ-ċentri ta' servizz.gov.
Mistoqsija: Fuq liema benefiċċji tas-sigurtà soċjali jista’ jsir appell għalihom?
Tweġiba: Appell jista' jsir għal kull benefiċċju li jinsab taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) tal-ligijiet ta' Malta. Hemm benefiċċji li mhux appellabbli li jinkludu dawk imniżżla fil-Gazzetta tal-Gvern jew inkella dawk li jkunu ġew deċiżi mill-bord mediku.
Mistoqsija: X’nistenna li jsir wara li l-appell jiġi mibgħut online?
Tweġiba: Wara li l-appell jiġi sottomess online, għandek tirċievi awtomatikament notifika b’email bin-numru ta’ referenza tal-Uffiċċju tal-Arbitru. F’din l-email ikollok ukoll link fejn jiggwidak biex issegwi fejn wasal il-proċess. L-Uffiċċju tal-Arbitru ikun direttament infurmat b’dan l-appell fejn hawnhekk jibda l-proċess biex issir il-verifikazzjoni tal-appell. Sussegwentement, matul il-proċess kollu, inti tkun innotifikat b’email bid-dati tal-laqgħat tal-Bord u d-deċiżjoni finali.
Mistoqsija: Huwa obbligat li nidher personalment għas-seduti tal-Bord?
Tweġiba: Iva, inti obbligat li tidher personalment għas-seduta tal-Bord għax il-każ huwa tal-persuna li tkun għamlet l-appell. Intant jista’ jkun hemm preżenti persuna ta' fiduċja tiegħek, li f’dan il-każ, trid tiġi ppreżenta prokura li tagħtiha d-dritt li titkellem għan-nom tiegħek bħala appellant/a.
Mistoqsija: Jekk ikun hemm reviżjoni tal-każ, l-appell jista’ jitwaqqa’ qabel jinstema?
Tweġiba: Jekk id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ikun irreveda l-każ u ġie deċiż li jiġi revokat, inti bħala appellant/a għandek tinforma lis-Segretarja tal-Arbitru sabiex il-każ jitwaqqaf milli jkompli jinstema.
Mistoqsija: Min ikun preżenti waqt il-Bord tas-seduta?
Tweġiba: Waqt il-Bord tas-seduta, ikun hemm preżenti l-Arbitru, li jkun avukat li jkollu warrant ta’ mil-anqas ta’ sebgħa snin. Ikun hemm ukoll, rappreżentant tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex jippreżenta il-każ għala tkun oriġinarjament ittieħdet d-deċiżjoni b’dak it-tali mod. Inti jew ir-rappreżentat/a tiegħek, tkunu wkoll preżenti waqt din is-seduta.
Mistoqsija: L-appell kif jigi deċiż?
Tweġiba: L-appell jiġi deċiż billi wara li jitressqu l-provi kemm tiegħek bħala appellant/a, kif ukoll tal-Uffiċċju tal-Arbitru jgħaddi għad-deċiżjoni finali li tintbagħat bil-posta reġistrata. Tintbagħat ukoll notifika b’email b’din l-istess deċiżjoni finali.
Mistoqsija: X’jista’ jsir wara li l-appell jiġi deċiż?
Tweġiba: Wara li l-appell jiġi deċiż, jekk inti bħala appellant/a ma taċċettax id-deċiżjoni tal-Arbitru, tista’ ittella il-każ lill-Qorti tal-Appell (kompetenza inferjuri) fi żmien tletin (30) jum sabiex tiġi kkonfermata jew tinbidel id-deċiżjoni tal-Arbitru. Provi ġodda ma jistgħux jinġiebu f'dan il-livell.
Mistoqsija: Wara l-Qorti tal-Appell sede (kompetenza inferjuri), x’jista’ jsir aktar?
Tweġiba: Il-Qorti tal-Appell hija l-aħħar stadju u għalhekk wara ma jista' jsir xejn aktar.
Mistoqsija: Kif nista’ naċċessa dan is-servizz biex nibgħat appell online?
Tweġiba: Tista’ taċċessa dan is-servizz billi tikklikkja hawn.
1. X’INHU L-BENEFIĊĊJU TA’ WAQT L-IMPJIEG?
Il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg huwa maħsub biex jgħin lill-koppji u lill-ġenituri waħedhom li jaħdmu u li għandhom tfal taħt l-età ta’ tlieta u għoxrin (23) sena, li għadhom dipendenti u li jgħixu fl-istess dar.
2. GĦALIEX JIEN ELIĠIBBLI GĦALL-BENEFIĊĊJU TA’ WAQT L-IMPJIEG?
Peress li int, jew f’każ ta’ koppja, il-konjuġi/sieħeb/sieħba, jew it-tnejn li intom, għandek/għandkom impjieg u għandek/għandkom tfal taħt l-età ta’ tlieta u għoxrin (23) sena li għadhom dipendenti/jgħixu fl-istess dar.
Id-dħul tiegħek/tagħkom jaqa’ taħt il-limitu kif indikat aktar ‘l isfel.
3. X’INHUMA L-KRITERJI BIEX WIEĦED JIKKWALIFIKA GĦALL-BENEFIĊĊJU TA’ WAQT L-IMPJIEG?
Biex tikwalifika għall-Benefiċċju ta’ Waqt L-Impjieg, trid tkun/u f’impjieg u għandek/għandkom tfal taħt it-tlieta u għoxrin (23) sena li għadhom dipendenti u li jgħixu taħt l-istess saqaf. Jekk hemm tfal li għadhom taħt it-tlieta u għoxrin sena (23) jgħixu fl-istess dar u wkoll jirċievu l-Allowance ta’ Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ, int/intom xorta tkun/u ntitolati għall-Benefiċċju ta’ Waqt L-Impjieg.
Ġenituri waħedhom li jaqilgħu aktar minn €6,600 u inqas minn €35,000.
Koppja li flimkien jaqilgħu aktar minn €10,000 iżda inqas minn €50,000. — id-dħul nett ta’ wieħed mill-ġenituri ma jistax ikun inqas minn €3,000.
Koppja li wieħed minnhom biss għandu impjieg bi qligħ jeħtieġ li jaqla’ aktar minn €6,600 u inqas minn €35,000.
Noti: L-introjtu mill-impjieg jinkorpora d-dħul kollu minn okkupazzjonijiet bi qligħ inkluż: is-salarju, is-sahra, il-kummissjoni, il-benefiċċji supplimentari eċċ. L-ammont imħallas bħala kontribuzzjoni tas-Sigurta Socjali jitnaqqas mid-dħul gross. L-Benefiċċju ta’ Waqt L-Impjieg huwa kkalkulat fuq id-dħul tas-sena ta’ qabel.
4. X’INHUMA L-LIMITI LI GĦANDHOM IKUNU ELIĠIBBLI GĦALL-BENEFIĊĊJU TA’ WAQT L-IMPJIEG?
Ġenitur wieħed f’impjieg bi qligħ li jaqla’ aktar minn €6,600 u inqas minn €35,000 jista’ jkun eliġibbli għal rata massima pagabbli sa €1,500 fis-sena għal kull tifel/tifla. Dawk li jaqilgħu bejn €23,000 u €35,000 se jkunu eliġibbli għar-rata ta’ €200 fis-sena għal kull tifel/tifla.
Koppja f’impjieg bi qligħ li d-dħul nett kollettiv tagħha mill-impjieg huwa aktar minn €10,000 u huwa inqas minn €50,000 u fejn id-dħul nett ta’ wieħed mill-ġenituri ma jaqax taħt it-€3,000, tista’ tkun eliġibbli għal rata massima pagabbli sa €1,500 fis-sena għal kull tifel/tifla. Dawk li jaqilgħu bejn €35,000 u €50,000 se jkunu eliġibbli għar-rata ta’ €200 fis-sena għal kull tifel/tifla.
Koppja li wieħed minnhom biss għandha impjieg bi qligħ u li d-dħul nett tagħha mill-impjieg huwa aktar minn €6,600 u inqas minn €35,000 tista’ tkun eliġibbli għal rata massima pagabbli sa €730 fis-sena għal kull tifel/tifla. Dawk li jaqilgħu bejn €26,000 u €35,000 se jkunu eliġibbli għar-rata ta’ €200 fis-sena għal kull tifel/tifla.
5. X’INHUMA D-DATI TAL-ĦLAS U L-METODU TAL-ĦLAS?
Dan il-benefiċċju jitħallas fl-ewwel Sibt ta’ April, Lulju, Ottubru u Jannar. Il-ħlas ikopri t-trimestru ta’ qabel.
Il-ħlasijiet jiġu ddepożitati direttament fil-kont bankarju tal-benefiċjarju. Biex tipprovdi jew taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek, jekk jogħġbok ikklikkja here billi tawtentika bil-e-ID.
6. MINN FEJN NISTA’ NIĊĊEKKJA R-RATI TAL-PAGAMENTI?
Ikklikkja hawn biex tiċċekkja ir-Rati tal-Pagamenti.
7. KIF NISTA’ NIĊĊEKKJA JEKK ID-DETTALJI PERSONALI TIEGĦI HEKK KIF INHUMA MIŻMUMA MID-DIPARTMENT TAS-SIGURTÀ SOĊJALI HUMA KORRETTI?
Biex tiċċekkja jekk id-dettalji personali tiegħek hekk kif inhuma miżmuma mid-Dipartment tas-Sigurtà Soċjali humiex korretti, jekk jogħġbok ikklikkja hawn billi tawtentika bil-e-ID.
8. HEMM MOD KIF NISTA’ NIĊĊEKKJA JEKK JIEN/AĦNA ELIĠĠIBBLI GĦAL DAN IL-BENEFIĊĊJU U JEKK JIEN/AĦNA ELIĠĠIBBLI KEMM JIEN/AĦNA NTITOLAT/I?
Iva. Tista’ tikklikkja hawn biex tiċċekkja jekk intiex/intomx eliġibbli u r-rata li tkun/u ntitolat/i għaliha. Dan il-kalkulatur huwa għodda li tippermettilek iddaħħal informazzjoni li minnha tinħadimlek proġezzjoni mhux uffiċjali għall-benefiċċju tiegħek. Din mhijiex stima uffiċjali u m’hemm l-ebda garanzija li int se tirċievi dawn l-ammonti. Il-preċiżjoni tal-istima tal-benefiċċju tiddependi minn kemm l-informazzjoni mdaħħla tkun viċin tal-informazzjoni fattwali fil-futur. Il-kalkulatur juża l-informazzjoni li ddaħħal u ma jikkomparax din l-informazzjoni mal-kont attwali tiegħek. Il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali li tirċievi jrid jiġi kkalkulat skont il-proviżjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
9. X’DOKUMENTAZZJONI JKOLLI BŻONN BIEX NAPPLIKA GĦALL-BENEFIĊĊJU TA’ WAQT L-IMPJIEG?
Dħul tal-applikant/i tas-sena qabel is-sena kurrenti minn ta’ impjieg/i kemm tal-full-time u/jew part-time. Fil-każ ta’ impjegati hemm bżonn l-FS3s u f’każ ta’ nies jaħdmu għal rashom ikun hemm bżonn il-Profit and Loss Accounts.
10. JEKK JIEN DIĠA NIRĊIEVI L-BENEFIĊĊJU TA’ WAQT L-IMPJIEG, HEMM BŻONN LI NERĠA NAPPLIKA KULL SENA BIEX INKOMPLI NIRĊIEVI L-BENEFIĊĊJU TA’ WAQT L-IMPJIEG?
Jekk int/intom intitolati għal IWB, u ma kien hemm l-ebda tibdil fiċ-ċirkostanzi minn naħa tiegħek/tagħkom, mgħandekx għalfejn terġa tapplika għal dan il-benefiċċju.
11. JEKK KIEN HEMM TIBDIL FIĊ-ĊIRKUSTANZI, HEMM BŻONN LI NINFORMA/W LID-DIPARTIMENT?
Iva, jekk inti/intom kellek/kellkom tibdil fiċ-ċirkustanzi, bħal separazzjoni, żwieġ, koabitazzjoni, telf ta’ impjieg, żieda fid-dħul minn impjieg, jew tfal li għalihom kont/u tirċievi/u dan il-benefiċċju u issa telqu mid-dar, huwa mportanti li d-Dipartiment ikun infurmat immedjatament, għax dan jista’ jirriżulta f’pagamenti żejda li jkunu jridu jiġu mħallsa lura.
12. KIF NISTA’/NISTGĦU NAPPLIKA/W GĦALL-BENEFIĊĊJU TA’ WAQT L-IMPJIEG?
Ikklikkja hawn biex tapplika online.
Jekk ikollok xi diffikultajiet oħra, inti tista’ iżżur xi ċentru ta’ servizz.gov jew iċċempel freephone 153.
Mistoqsija: Sabiex wieħed ikollu aċċess għad-dettalji bankarji tiegħu miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, hija meħtieġa e-ID?
Tweġiba: Kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta huwa meħtieġ biex taċċessa d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mill-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ikklikkja hawn dwar kif toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.
Mistoqsija: Jista' wieħed ibiddel id-dettalji bankarji online ta' kif jitħallsu l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali?
Tweġiba: Jekk bħalissa qed tirċievi pagamenti ta' benefiċċji b'ċekk, tista' tibdel id-dettalji tiegħek biex tibda tirċievi pagamenti b'depożitu dirett f'bank.
Mistoqsija: Jekk wieħed diġà qed jirċievi pagamenti b'depożiti bankarji, jista' jibdel id-dettalji bankarji online?
Tweġiba: L-isem tal-bank u n-numru tal-IBAN jistgħu jiġu emendati.
Mistoqsija: Jista' wieħed jagħżel li jirċievi notifika ta' pagament permezz ta' SMS?
Tweġiba: Tista' tagħżel li tirċievi notifika permezz ta' SMS meta l-benefiċċju tiegħek ikun ġie depożitat.
Mistoqsija: Jista' wieħed jagħżel li jibdel lura d-dettalji bankarji biex jibda jirċievi pagamenti permezz ta’ ċekk minn dan is-servizz?
Tweġiba: Minn dan is-servizz ma tistax tibdel lura d-dettalji bankarji tiegħek biex tibda tirċievi pagamenti permezz ta’ ċekk.
Mistoqsija: Jista' Amministratur jew Aġent maħtur minn Amministratur ta' benefiċjarju reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jbiddel id-dettalji bankarji online tal-benefiċjarju billi jawtentika bl-e-ID tiegħu stess?
Tweġiba: Amministratur jew Aġent maħtur minn Amministratur ta' benefiċjarju jista' jibdel id-dettalji bankarji tal-benefiċjarju online billi jawtentika bl-e-ID tiegħu stess.
Mistoqsija: X'jiġri jekk ma jiġix riċevut depożitu fil-bank?
Tweġiba: Jekk depożitu fil-kont bankarju ma jiġix finalizzat minħabba numru tal-kont ħażin jew għeluq tal-kont, min jagħmel it-talba għandu jinnotifika lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali immedjatament online. Il-proċedura hija dan li ġej:
- Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jinnotifika lill-Bank dwar it-tranżazzjoni.
- Il-Bank iwettaq il-kontrolli meħtieġa biex jispeċifika r-raġuni għaliex id-depożitu bankarju ma ġiex finalizzat.
- Jekk it-tranżazzjoni tiġi kklerjata, rifużjoni ssir permezz ta' ċekk sakemm ma jiġix fornut numru alternattiv tal-kont Bankarju permezz ta' talba oħra. Madankollu s-sostituzzjoni ta’ ċekk jista’ isir biss fejn l-ammont ikun aktar minn €20, inkella għandu jiġi pprovdut numru tal-kont bankarju.
Din il-proċedura normalment tieħu minn 10 sa 15-il jum biex tiġi ffinalizzata.
Mistoqsija: X'inhi l-proċedura jekk wieħed ikollu ordni ta' sekwestru?
Tweġiba: Jekk għandek ordni ta' sekwestru, jekk jogħġbok informa lill-bank preferut tiegħek dwar l-emenda għall-Artikolu 381 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12.), biex ikollok kont bankarju maħruġ f'ismek kif xieraq.
Mistoqsija: X'tip ta' kont bankarju għandu jiġi indikat għall-pagamenti tal-benefiċċju li għandhom jiġu depożitati fih?
Tweġiba: Pagamenti ta' benefiċċju għandhom jiġu depożitati f'Kont ta' Tfaddil jew Kurrenti, iżda mhux f'Kont ta' Self. Il-kont indikat irid ikun f'isem il-benefiċjarju. Id-dettalji tal-kont bankarju pprovduti jintużaw ukoll għall-benefiċċji kollha li tista' tkun qed tirċievi bħalissa.
Mistoqsija: Kif jista’ wieħed jaċċessa s-servizz online?
Tweġiba: Trid tawtentika biex taċċessa s-servizz tad-Dettalji Bankarji.
Mistoqsija: Huwa meħtieġ kont tal-e-ID biex wieħed jaċċessa d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu / tagħha hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta huwa meħtieġ biex wieħed jaċċessa d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu / tagħha hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ikklikkja hawn dwar kif toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.
Mistoqsija: Nista’ nibdel id-dettalji tal-kuntatt tiegħi online għal kif jagħmel kommunikazzjoni miegħi id-Dipartment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Jekk int reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, int tista’ tibdel id-dettalji ta’ kuntatt ta’ kif id-Dipartiment jagħmel kuntatt miegħek.
Mistoqsija: X’inhuma d-dettalji ta’ kuntatt li id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali iżomm dwari?
Tweġiba: Id-dettalji ta’ kuntatt hekk kif miżmuma dwarek jinkludu l-indirizz postali, indirizz tal-email, in-numru tal-linja fissa, in-numru tal-mowbajl u jekk tirrikjedix li tirċievi notifika b’SMS meta jidħollok pagament ta’ benefiċju.
Mistoqija: Nista’ nagħżel li nibda nirċievi notifikazzjoni b’SMS minn dan is-servizz?
Tweġiba: Minn dan is-servizz tista’ tagħżel li tibda tirċievi notifikazzjoni b’SMS kull meta jiġi ddepożitat pagament ta’ benefiċċju.
Mistoqsija: Liema huma d-dettalji li jien nista’ nibdel minn dan is-servizz?
Tweġiba: Id-dettalji li tista’ tibdel minn dan is-servizz huma l-indirizz postali, biex dan jirrifletti dak li hemm imniżżel bħalissa fuq il-Karta tal-Identità tiegħek, l-indirizz tal-email, in-numru tal-linja fissa, in-numru tal-mowbajl u jekk tridx tibda tirċievi notifikazzjoni b’SMS kull darba li jsirlek depożitu ta’ benefiċċju li jista’ jkollok.
Mistoqsija: Jekk jien ngħix barra minn Malta u d-Dipartiment huwa nfurmat, nista’ nibdel l-indirizz għal dak ta’ wieħed barrani?
Tweġiba: Jekk int tgħix barra minn Malta u diġa għandek indirizz postali barrani rreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, int tista’ tibdel l-indirizz barranin, sakemm int ma tibdilx għal pajjiż differenti. Tibdil minn indirizz postali f’Malta għal indirizz postali barrani u viċi-versa, mhuwiex aċċettat minn dan is-servizz.
Mistoqsija: Jekk jien irrid nibdel l-indirizz postali tiegħi minn pajjiż għall-ieħor x’irrid nagħmel?
Tweġiba: Inti tista’ tibdel l-indirizz postali minn pajjiż għall-ieħor differenti billi tikklikka hawn. Ikollok bżonn tipprovdi l-indirizz postali l-ġdid. Ikollok bżonn ukoll tipprovdi n-numru tal-Pensjoni u n-Numru tal-Karta tal-Identità / Numru tal-Passaport. Din l-informazzjoni ma tkunx mibdula instantanjament peress li qabel ikunu jridu jsiru l-verifiki meħtieġa.
Mistoqsija: Kif nista’ naċċessa dan is-servizz online?
Tweġiba: Inti trid tawtentika biex taċċess is-servizz ta’ Dettalji ta’ Kuntatt.
Mistoqsija: Hemm bżonn ta’ e-ID biex tiġġenera Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3) tal-pagamenti maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta huwa meħtieġ biex tiġġenera Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3) tal-pagamenti maħruġa mis-Sigurtà Soċjali online. Ikklikkja hawn dwar kif toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.
Mistoqsija: Min jista’ jiġġenera Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3) tal-pagamenti maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Dan is-servizz online huwa maħsub għal dawk il-benefiċjari tas-Sigurtà Soċjali li jridu jiġġeneraw Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3) tal-pagamenti mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal sena speċifika fl-aħħar ħames (5) snin.
Mistoqsija:Id-Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3) tal-pagamenti tas-Sigurtà Soċjali teħtieġ firma?
Tweġiba: Peress li d-Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3) tal-pagamenti tas-Sigurtà Soċjali huwa dokument elettroniku, mhemmx il-ħtieġa ta’ firma fuqu.
Mistoqsija: Nista’ nirċievi d-Dikjarazzjoni ta’ Qligħ (FS3) tal-pagamenti tas-Sigurtà Soċjali permezz ta’ email?
Tweġiba: Jekk tagħżel li tirċievi d-Dikjarazzjoni tal-Qligħ tas-Sigurtà Soċjali (FS3) tal-pagamenti tiegħek permezz ta' email u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m'għandux l-indirizz elettroniku tiegħek, inti tintalab tipprovdi wieħed. Jekk iddaħħal indirizz tal-email li jkun differenti minn dak tad-dipartiment, tiġi mitlub li tibdel l-indirizz tal-email default tiegħek.
Mistoqsija: Huwa possibbli li niġġenera Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3) tal-pagamenti tas-Sigurtà Soċjali jekk m’għandi l-ebda pagamenti taxxabbli għal sena partikolari?
Tweġiba: Jekk m'għandekx pagament taxxabbli mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal sena partikolari, xorta tista' tiġġenera Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3) tal-pagamenti li tindika li ma kellek l-ebda dħul taxxabbli għas-sena indikata. Din id-dikjarazzjoni mbagħad tista' titniżżel f'format PDF jew tiġi riċevuta bl-email.
Mistoqsija: Kif nista' niġġenera Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3) tal-pagamenti tas-Sigurtà Soċjali li saru fil-ħames (5) snin preċedenti għal sena partikolari?
Tweġiba: Ikklikkja hawn biex tiġġenera Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3) tal-pagamenti għal sena partikolari fl-aħħar 5 snin, bl-għażla li tniżżel id-Dikjarazzjoni tal-Qligħ fil-format PDF jew tirċievi d-dikjarazzjoni bl-email.
Mistoqsija: Għaliex iseħħ pagament żejjed normalment mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Ħlas żejjed ta’ pagament mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jista’ jseħħ meta l-benefiċjaru jingħata benefiċċji iktar milli kien dovut, ħafna drabi minħabba li d-dħul, ir-riżorsi, l-istat ċivili, is-sitwazzjoni tal-għajxien inbidel jew minħabba żball amministrattiv.
Mistoqsija: X’jista’ jagħmel benefiċjarju biex jevita li jkun hemm ħlas żejjed mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Benefiċjarji li jirċievu benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali huma mitluba li jinfurmaw lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) b’kull bidla fiċ-ċirkustanzi, bħal dħul, impjieg, sitwazzjoni tal-ħajja jew stat ċivili fost l-oħrajn. Ħafna minn pagamenti żejda jiġu kkawżati minn benefiċjarji li jonqsu milli jagħmlu dan. Kun żgur li żżomm lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali infurmat dwar dawn il-bidliet, sabiex tevita ħlasijiet żejda li jkunu ta’ inkonvenjent u potenzjalment għoljin.
Mistoqsija: X’jiġri meta d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jiskopri li sar pagament żejjed?
Tweġiba: Meta d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jiskopri li sar pagament żejjed, jibgħat Avviż ta’ Ħlas Żejjed lill-benefiċjarju biex jinfurmah dwar:
- L-ammont ta’ benefiċċju tas-sigurtà soċjali mhux dovut,
- Ir-raġuni(jiet) għall-ħlas żejjed, u
- Il-mod kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jipproponi li jirkupra l-ammont li tħallas żejjed.
Mistoqsija: X’fatturi jikkunsidra d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ kif jiġi deċiż li jsir ħlas lura ta’ pagament meta jseħħ ħlas ta’ pagament żejjed?
Tweġiba: Meta tiġi deċiża r-rata tal-ħlas lura, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jħares lejn il-fatturi li ġejjin:
- Il-kapaċità tal-benefiċjarju li jħallas lura;
- Kwalunkwe fatti jew ċirkostanzi rilevanti li ġew imressqa mill-benefiċjarju; u
- L-ammont ta’ ħlas żejjed u ta’ kif ġara.
Mistoqsija: X’inhuma l-kriterji ġenerali li jiġu kkunsidrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali meta jitlob lil benefiċjarju biex jagħmel ħlas lura ta’ pagament meta dan iseħħ?
Tweġiba: Kriterji ġenerali ta’ kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jista’ jitlob benefiċjarju biex iħallas lura l-ħlas żejjed billi jew:
- Jagħmel ħlas wieħed biex iħallas lura l-ħlas żejjed kollu; jew
- Jagħmel ħlas lura permezz ta’ flus kontanti ta’ kull ġimgħa jew kull xahar sakemm jitħallas il-ħlas żejjed; jew
- Jekk għadu jirċievi pagament ta’ benefiċċju tas-sigurtà soċjali, jitnaqqas mil-ħlas dovut.
Mistoqsija: X’dokumentazzjoi ġenerali hija meħtiega biex tħallas lura pagament żejjed meta dan iseħħ?
Tweġiba: Dokumentazzjoni meħtieġa li jkollok bżonn biex tħallas lura pagament żejjed online meta dan iseħħ huma:
- Kont validu ta’ e-ID maħruġ minn Identity Malta sabiex tagħmel pagement online. jew
- Id-dettalji tal-benefiċjarju (Numru tal-Karta tal-Identità, Isem u Kunjom u l-Ammont Oriġinali) biex isir rifużjoni ta’ ħlas żejjed online. Huma biss numri li għandhom jiddaħħlu fl-ispazju tal-ammont.
Mistoqsija: Kif jista’ jsir ħlas lura ta’ pagament żejjed hekk kif il-benefiċjarju jirċievi Avviż ta’ Ħlas Żejjed mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Meta l-benefiċjarju jirċievi Avviż ta’ Ħlas Żejjed mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ħlas lura ta’ pagament jista’ jiġi solvut billi jitħallas lura ħlas żejjed dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online.
Wieħed jista’ ukoll jagħmel ħlas lura f’isem persuna oħra. Għal dan is-servizz, l-utent għandu jipprovdi d-dettalji tal-ħlas żejjed tal-benefiċjarju inkluż l-Isem u l-Kunjom, in-Numru tal-Karta tal-Identità u l-Ammont Oriġinali (€) tal-ħlas ta’ pagament żejjed.
Huma biss numri li għandhom jiddaħħlu fl-ispazju tal-ammont tal-ħlas ta’ pagament żejjed. Din l-informazzjoni tista’ tinstab fuq l-Avviż ta’ Ħlas Żejjed li tintbagħat lill-benefiċjarju jew lill-aġent/amministratur. Tintbagħat email ta’ konferma bħala riċevuta lill-persuna li tagħmel il-ħlas).
Mistoqsija: Huwa meħtieġ kont tal-ID biex wieħed jissottometti u jagħmel monitoraġġ taċ-ċertifikati mediċi blu tiegħu sottomessi lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta huwa meħtieġ biex wieħed jissottometti u jagħmel monitoraġġ taċ-ċertifikati mediċi blu tiegħu sottomessi lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ikklikkja hawn dwar kif toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.
Mistoqsija: X’inhu l-ammont minimu ta’ żmien li wieħed irid ikun marid qabel jissottometti ċertifikat mediku blu?
Tweġiba: M’intix meħtieġ li tissottometti ċ-ċertifikat mediku blu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jekk il-perjodu tal-mard huwa ta’ 3 ijiem jew inqas. Intant, min iħaddmek għandu d-dritt li jitolbok kopja taċ-ċertifikat mediku blu anke jekk tkun inqas minn 3 ijiem ma tiflaħx.
Mistoqsija: Sa meta u kemm-il darba għandi nippreżenta ċertifikat mediku blu?
Tweġiba: Ċertifikat mediku blu għandu jiġi sottomess lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi żmien 10 ijiem mill-1 jum tal-mard. L-uniċi eċċezzjonijiet aċċettati huma minħabba dħul fl-isptar jew trattament barra mill-pajjiż. Ċertifikat mediku blu jista’ jiġi sottomess kull 14-il jum għal mard fit-tul.
Mistoqsija: Kif nista’ nissottometti kopja taċ-ċertifikat mediku blu online?
Tweġiba: Iċ-ċertifikat mediku blu jista’ jiġi sottomess online billi tikklikkja hawn. Mal-formola online tkun trid tehmeż kopji skannjati taż-żewġ naħat taċ-ċertifikat mediku blu. Tkun trid ukoll tipprovdi numru tal-IBAN għal xi pagamenti ta’ Benefiċċji tal-Mard li inti tista’ tkun intitolata għalih.
Mistoqsija: Nista’ nara ċ-ċertifikati mediċi blu li jien inkun issottomettejt lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Tista’ tara ċ-ċertifikati mediċi blu tiegħek ippreżentati fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, inkluż dawk li ssottomettejt mhux online. Tkun tista’ tara biss dawk li jkunu ġew ivverifikati mis-sezzjoni tal-back-office tal-aħħar 5 snin taħt is-servizz ta’ Monitoraġġ taċ-Ċertifikat Mediku Blu. Iċ-ċertifikati huma elenkati skond is-sena u ppreżentati kronoloġikament. Ċertifikat ta’ 3 ijiem jew inqas mhux se jkun elenkat f’dan is-servizz.
Mistoqsija: Nista’ nara t-talbiet tiegħi għall-benefiċċji tal-mard?
Tweġiba: Filwaqt li ċ-ċertifikati mediċi blu nfushom mhumiex indikazzjoni ta’ talba għall-Benefiċċju tal-Mard, ladarba ċ-ċertifikat mediku blu tiegħek jiġi pproċessat mis-sezzjoni tal-backoffice, tkun tista’ tara wkoll it-talba tiegħek għall-benefiċċju tal-mard taħt is-servizz ta’ Monitoraġġ tal-Applikazzjoni, Minn dan is-servizz tista’ tara talbiet tiegħek ta’ dawn l-aħħar 12-il xahar.
Permezz tal-emenda għall-Artikolu 381 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap.12. tal-Ligijiet ta’ Malta, ġie stabbilit illi ma jistax jinħareġ mandat ta’ sekwestru mhux biss fuq kull benefiċċju, pensjoni, allowance jew għajnuna imsemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap.318.) jew pensjoni privata jew kwalunkwe pensjoni, benefiċċju jew allowance oħra maħruġa mill-Gvern jew gvern barrani ieħor, iżda ukoll fuq kontijiet bankarji li huma użati sabiex benefiċċjarji jirċievu l-imsemmija benefiċċji.
Bis-saħħa ta’ din l-emenda, ġie ukoll stabbilit illi l-banek lokali għandhom jiżguraw illi l-benefiċċji soċjali riċevuti fil-kontijiet tal-benefiċċjarji m’għandhomx jiġu milqutin bl-effett ta’ mandat ta’ sekwestru. Barra minn hekk, l-emenda tistipula ukoll li l-banek lokali għandhom jiftħu kontijiet bankarji separati sabiex fihom kull benefiċjarju jkun jista’ jirċievi l-benefiċċji soċjali.
Għaldaqstant, kull individwu li jibbenefika minn benefiċċju soċjali hawn fuq elenkat, għandu, f’każ li jinħareġ mandat ta’ sekwestru fuq il-kontijiet bankarji tiegħu, jagħmel kuntatt minnufih mal-bank tiegħu sabiex tali benefiċċji jiġu meħlusin mill-effett tal-mandat ta’ sekwestru.
Mistoqsija: Minn meta daħlet fis-seħħ l-emenda fil-liġi li tirregola mandat ta’ sekwestru fuq beneficcju socjali?
Tweġiba: Mid-29/10/2021, l-Artikolu 381 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap.12.) ġie emendat sabiex ma jinżammu l-ebda benefiċċji kontra mandat ta’ sekwestru. Jekk għandek mandat ta’ sekwestru, jekk jogħġbok informa lill-bank preferut tiegħek dwar l-emenda għall-Artikolu 318 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, biex ikollok kont bankarju maħruġ f’ismek kif meħtieġ.
Mistoqsija: X’għandi nagħmel f’każ li nirċievi mandat ta’ sekwestru u qed nircievi beneficcju socjali?
Tweġiba: F’każ li tirċievi mandat ta’ sekwestru, tista’ minnufih tagħmel kuntatt mal-bank lokali tiegħek sabiex il-benefiċċji tiegħek ma jiġux milqutin negattivament bl-effett tal-mandat?
Mistoqsija: Għandi bżonn xi prova jew dokumentazzjoni biex tiġi pprovdutai lil bank?
Tweġiba: Id-dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ser jieħu ħsieb illi jipprovdi lill-individwu bid-dokumentazzjoni rikjesta sabiex ikun jista’ jipprovdiha lil bank. Għalhekk huwa fl-interess tiegħek li titlob id-dokumentazzjoni mingħand id-Dipartiment sabiex tkun tista’ tipprovdihom lill-bank lokali tiegħek billi iċċempel Freephone 153 jew iżżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.
Mistoqsija: X’għandi nagħmel f’każ li mandat ta’ sekwestru ħareġ qabel ma daħlet din l-emenda?
Tweġiba: Din l-emenda ser tkun qed tapplika għal dawk il-mandati li daħħlu fis-seħħ wara li ġiet introdotta l-emenda. Fil-każ ta’ mandati li nħarġu qabel l-introduzzjoni ta’ din l-emenda, l-individwu jista’ xorta waħda jagħmel kuntatt mal-bank sabiex minn dik id-data li fiha jsir il-kuntatt, il-benefiċċji ma jibqgħux jiġu milqutin bl-effett tal-mandat.
Mistoqsija: Fil-kont personali tiegħi għandi flejjes oħra apparti benefiċċji soċjali, dawn x’isir minnhom?
Tweġiba: Jekk fil-kont bankarju tiegħek għandek flejjes li m’humiex benefiċċji soċjali, dawn ser jibqgħu milqutin bl-effett tal-mandat ta’ sekwestru. Huma biss benefiċċji soċjali kif imsemmija fil-liġi li m’humiex ser ikunu milqutin bl-effett tal-mandati.
Mistoqsija: F’każ li għandi kont bankarju li fih nirċievi l-benefiċċji soċjali u nirċievi mandat ta’ sekwestru, x’ser ikun qiegħed jagħmel il-bank?
Tweġiba: Wara li tagħmel kuntatt mal-bank, il-benefiċċji soċjali m’għandhomx jibqgħu milqutin bl-effett tal-mandat. Il-Liġi tistipula ukoll li l-bank jista’ jiftaħlek kont ieħor separat f’ismek li jkun użat esklussivament għal depożiti ta’ benefiċċji soċjali. F’dan il-każ għandek tinforma minnufih lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bin-numru tal-IBAN ta’ dan il-kont il-ġdid.
Mistoqsija: Nista’ nirċievi il-benefiċċju b’ċekk minflok?
Tweġiba: L-emenda fil-liġi ġiet introdotta sabiex kull benefiċċju, allowance, għajnuna jew pensjoni mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), ma’ jiġux maqbuda taħt ordni ta’ mandat ta’ sekwestru. Għaldaqstant, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jinkoraġġik sabiex il-pagamenti tiegħek tirċevihom f’kont bankarju.
Mistoqsija: S’issa nirċievi l-benefiċċju b’ċekk. Jekk għandi mandat ta’ sekwestru x’irid nagħmel?
Tweġiba: Jekk bħalissa qed titħallas pagamenti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u tirċievi mandat ta’ sekwestru, għandek minnufih tagħmel kuntatt mal-bank lokali tiegħek sabiex kif tistipula l-liġi, l-bank jista’ jiftaħlek kont f’ismek li jkun użat esklussivament għal depożiti ta’ benefiċċju soċjali.
Mistoqsija: Ser nibqa nirċevi l-benefiċċju b’ċekk?
Tweġiba: Jekk bħalissa qed titħallas pagamenti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali permezz ta’ ċekk, tista’ tbiddel id-dettalji sabiex tibda tirċievi l-pagament b’depożitu dirett il-bank. Huwa maħsub li fil futur qarib ma jibqgħux jinħarġu pagamenti permezz ta’ ċekk.
Mistoqsija: F’każ li l-bank iżżomli l-pagament, x’għandi nagħmel?
Tweġiba: Ma jistax jinħareġ mandat ta’ sekwestru fuq kull benefiċċju, pensjoni, allowance jew għajnuna imsemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), kif ukoll fuq kontijiet bankarji li huma użati sabiex benefiċċjarji jirċievu l-imsemmija benefiċċji. Għalhekk, għandek minnufih tagħmel kuntatt mal-bank lokali tiegħek sabiex tali benefiċċji jiġu meħlusin mill-effett tal-mandat ta’ sekwestru. Jekk għal xi raġuni wara li tkun għamilt kuntatt mal-bank dan xorta iżżomlok il-pagament, inti għandek minnufiħ tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali billi iċċempel Freephone 153 jew iżżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.
Mistoqsija: X’inhu l-kont tal-e-ID?
Tweġiba: Meta resident f’Malta jingħata karta tal-Identità, ikun jista’ jirreġistra għall-kont tal-e-ID tiegħu, li huwa meħtieġ biex taċċessa servizzi tal-Gvern online. It-taqsima tal-Karta tal-Identità hija l-Awtorità kompetenti biex toħroġ kontijiet tal-e-ID għal dawk ir-residenti li jgħixu f’Malta.
Mistoqsija: Kif nista’ nirreġistra biex tingħatali e-ID?
Tweġiba: Biex tirreġistra għal e-ID trid tikkuntattja lil Identity Malta fuq infoeid@gov.mt jew iċċempel fuq (+356) 25904300, sabiex tivverifika l-indirizz elettroniku tal-email tiegħek ma’ numru tal-Karta tal-Identità tiegħek. La darba din tiġi vverifikata, inti tista’ taċċessa servizz online tal-gvern tal-għażla tiegħek.
Mistoqsija: Kif nillogja bil-e-ID biex nissottometti applikazzjoni għall-benefiċċju jew naċċessa servizz ta’ Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Biex tilloggja bil-e-ID biex tissottometti applikazzjoni online jew servizz tas-Sigurtà Soċjali, trid l-ewwel iddaħħal in-Numru tal-Karta tal-Identità tiegħek u l-password kif indikat hawn isfel. Int tkun awtomatikament iggwidat għall-applikazzjoni jew servizz tal-għażla li tkun għamilt. Huwa tal-parir li tillogja l-barra la darba tlesti milli tibgħat is-sottomessjoni tiegħek.

Mistoqsija: X’irrid nagħmel jekk ninsa x’inhi l-password tal-e-ID tiegħi?
Tweġiba: Jekk tinsa x’inhi l-password tal-e-ID tiegħek, inti mitlub tikklikkja fuq ‘Insejt il-Password’ kif indikat hawn isfel. Hawnhekk tkun mitlub biex iddaħħal password ġdida, filwaqt li tintbagħatlek email jew numru tal-mowbajl għall-verifikazzjoni.

Mistoqsija: Jekk kif nilloggja bil-e-ID biex nissottometti applikazzjoni ninduna li l-informazzjoni personali tiegħi mhumiex korretti, x’irrid nagħmel?
Tweġiba: Jekk meta tilloggja bil-e-ID tinduna li hemm informazzjon li tidher mhux korretti, hemm żewġ affarijiet li trid tikklassifika.
- Jekk huma l-Isem, Kunjom jew l-Indirizz li mhux korretti, trid tikkuntattja lil Identity Malta fuq infoeid@gov.mt jew ċempel (+356) 25904300.
- Jekk l-informazzjoni skorretta hija dik tal-indirizz elettroniku jew in-numru ta’ kuntatt, f’dak il-każ tista’ taġġorna d-dettalji billi tilloggja fuq is-sit https://eid.gov.mt bil-kredenzjali tal-e-ID tiegħek u tagħmel it-tibdil li hemm bżonn mis-sezzjoni ‘Settings ta’ Kuntatt’. It-tibdil li tagħmel ikunu instantanji b’dak li tibdel. Minn dan is-sit tista’ ukoll tibdel il-password tal-e-ID tiegħek.
Mistoqsija: Għalfejn għandi nuża l-e-ID biex nissottometti u naċċessa applikazzjoni jew servizz online?
Tweġiba: Hemm ħafna benefiċċji meta tuża l-e-ID biex tissottometti applikazzjoni online jew biex taċċessa xi servizz. Dawn il-benefiċċji huma li l-applikazzjoni tkun aktar magħġġla, iktar konvenjenti u jkollok aċċess immeddjat għas-servizzi mingħajr il-bżonn li tattendi fiżikament, jew tistenna f’xi kju ta’ klijenti, f’xi ċentri ta’ servizz.gov.
Mistoqsija: X’se nigwadanja meta nissottometti applikazzjoni online bl-użu tal-e-ID?
Tweġiba: Meta tissottometti applikazzjoni online bl-użu tal-e-ID, int tirċievi notifika b’email awtomatika fejn tkun tinkludi Numru ta’ Refereenza relatat mal-applikazzjoni, dejjem jekk tagħżel li ddaħħal l-email ppreferut tiegħek matul il-proċess. Din tkun konferma li l-applikazzjoni tkun ġiet riċevuta mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Mistoqsija: X’se nigwadanja meta naċċessa servizzi online bl-użu tal-e-ID?
Tweġiba: Meta taċċessa servizzi online bl-użu tal-e-ID, tkun ipprovdut b’informazzjoni instantanja u ta’ ħin reali dwar dettalji personali tiegħek hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Mis-servizz ta’ Monitoraġġ ta’ Applikazzjoni, tkun tista’ tara l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek. Tista’ tagħmel emendi fid-dettalji personali tiegħek hekk kif miżmuma mid-Dipartiment li jista’ jiġi aċċessat mill-Web App mySocialSecurity.
Mistoqsija: Sabiex wieħed ikollu aċċess għall-lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tiegħu online, hija meħtieġa e-ID?
Tweġiba: Kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta huwa meħtieġ biex taċċessa l-lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tiegħek online. Ikklikkja hawn dwar kif toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.
Mistoqsija: X'turi l-lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tiegħi?
Tweġiba: Il-lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tiegħek turi dawk il-kategoriji ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u krediti ta’ Klassi 1 li jirreferu għal persuni mpjegati, kif ukoll Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u krediti ta’ Klassi 2 / Klassi 3 li jirreferu għal persuni li jaħdmu għalihom infushom / jimpjegaw lilhom infushom.
Mistoqsija: Meta jintwerew il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tas-sena ta' qabel?
Tweġiba: Il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tas-sena preċedenti jintwerew f'Diċembru tas-sena ta' wara.
Mistoqsija: Huwa normali li jkollok Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali neqsin?
Tweġiba: Jekk wara l-età ta’ 16-il sena, kien hemm perjodi li fihom ma kontx impjegat bi qliegħ, ma kontx toqgħod Malta, jew ġejt uffiċjalment eżentat milli tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, huwa normali li jkollok Kontribuzzjonijiet u / jew Krediti tas-Sigurtà Soċjali neqsin matul dawn il-perjodi.
Mistoqsija: Nista' nipprintja jew nagħżel li nissejvja kopja tal-lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tiegħi?
Tweġiba: Tista' tipprintja jew tagħżel li tissejvja kopja f'format PDF tal-lista tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tiegħek.
Mistoqsija: Nista' nara l-lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tiegħi online?
Tweġiba: Biex tara l-lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tiegħek online ikklikkja hawn.
Direttiva ġdida tal-Bank Ċentrali li daħlet fis-seħħ mill-01/01/2022 se telimina l-użu ta’ ċekkijiet f’ammonti ta’ €20 jew inqas. Ir-regolamenti l-ġodda tal-Bank Ċentrali dwar iċ-ċekkijiet għandhom l-għan li jirregolaw l-użu ta’ dan il-mezz, filwaqt li jinċentivaw lin-nies biex jagħmlu użu minn metodi ta’ pagamenti elettroniċi.
Mistoqsija: Ser ikun jista’ jiġi msarraf ċekk maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sal-31/12/2021 f’ammont ta’ €20 jew inqas?
Tweġiba: Ċekk li nħareġ f’ammont ta’ €20 jew inqas b’data sal-aħħar tal-2021 se jkun jista’ jissarraf. Pereżempju ċekk li huwa datat 28/12/2021 għandu sitt xhur xorta biex jiġi msarraf, jiġifieri l-bank huwa obbligat isarraf dak iċ-ċekk ta’ €20 jew inqas.
Mistoqsija: Ser ikun affettwat pagament maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali wara l-31/12/2021 f’ammont ta’ €20 jew inqas li jsir permezz ta’ pagment dirett il-bank?
Tweġiba: Jekk benefiċjarju diġà qed jitħallas mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali permezz ta’ depożitu dirett il-bank jew id-dettalji bankarji miżmuma mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati sabiex pagament ikun jista’ jsir permezz ta’ depożitu dirett il-bank mhux ser ikun affettwat jekk jinħareġ pagament mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali wara l-31/12/2021 f’ammont ta’ €20 jew inqas.
Mistoqsija: Nista’ nivverifika li d-dettalji banakarji tiegħi miżmuma mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati?
Tweġiba: Tista’ tivverika d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali permezz tal-Web App mysocialsecurity.gov.mt jew billi żżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.
Mistoqsija: Nista’ nibdel id-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online jew billi nżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov?
Tweġiba: Permezz tal-Web App mysocialsecurity.gov.mt tista’ tbiddel id-dettalji ta’ kif titħallas. Jekk bħalissa qed titħallas pagamenti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali permezz ta’ ċekk, tista’ tbiddel id-dettalji sabiex tibda tirċievi l-pagament b’depożitu dirett il-bank. Jekk diġà qed titħallas permezz ta’ depożitu l-bank, tista’ tbiddel kemm il-bank kif ukoll in-numru tal-kont, liema kont irid ikun dejjem Kont ta’ Tfaddil jew Kurrenti imma mhux f’Kont ta’ Self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem il-benefiċjarju/a. In-numru tal-kont provdut iservi wkoll biex fih jitħallas kull benefiċċju li inti tista’ tkun qed tirċievi. Tista’ tagħżel ukoll li tirċievi notifika permezz ta’ SMS bid-data tad-depożitu tal-benefiċċju tiegħek.
Tista’ żżur ukoll wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov sabiex tbiddel id-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Mistoqsija: X’jiġri, f’każ li d-dettalji bankarji tiegħi miżmuma mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mhumiex aġġornati sabiex nirċievi pagament tas-Sigurtà Soċjali dovut permezz ta’ depożitu dirett il-bank wara l-01/01/2022 jekk il-pagament ikun ta’ €20 jew inqas?
Tweġiba: F’każ li d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mhumiex aġġornati sabiex tirċievi pagament permezz ta’ depożitu dirett il-bank, pagament li jkun ta’ €20 jew inqas mhux ser ikun jista’ jinħareġ. Minn hemm ‘il quddiem, tirċievi ittra ta’ notifika bil-posta li titolbok taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek, online jew billi żżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov biex tibdel id-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ladarba d-dettalji bankarji jiġu aġġornati, id-dipartiment joħroġ il-ħlas dovut b’depożitu bankarju dirett.
Mistoqsija: X’inhuma d-dettajli li jintalbu sabiex isir pagament permezz ta’ depożitu dirett il-bank?
Tweġiba: Id-dettjali mitluba huma: il-fergħa tal-bank tal-għażla tiegħek fejn tixitieq li jsir il-pagament permezz ta’ depożitu dirett il-bank, kif ukoll in-Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju (IBAN) tiegħek, liema kont irid ikun dejjem Kont ta’ Tfaddil jew Kurrenti imma mhux f’Kont ta’ Self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem il-benefiċjarju/a.
1. l-UE GĦANDHA DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI?
Iva. Iżda d-dispożizzjonijiet tal-UE dwar is-sigurtà soċjali ma jissostitwixxux is-sistemi nazzjonali differenti tas-sigurtà soċjali b’sistema unika Ewropea. Armonizzazzjoni bħal din ma tkunx possibbli minħabba d-diverġenza wiesgħa fil-livelli ta’ għajxien fost l-Istati Membri li jappartjenu għall-Unjoni Ewropea u dawk l-Istati li jiffurmaw iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u l-Isvizzera.
Aktar milli jarmonizzaw is-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali, id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar is-sigurtà soċjali jipprovdu koordinazzjoni sempliċi tas-sistemi tal-Istati Membri tal-Unjoni.
Fi kliem ieħor, kull Stat Membru huwa liberu li jiddeċiedi min għandu jkun assigurat skont il-leġiżlazzjoni tiegħu, liema benefiċċji jingħataw u taħt liema kundizzjonijiet, u kif jiġu kkalkulati dawn il-benefiċċji u kemm għandhom jitħallsu kontribuzzjonijiet.
2. X’INHUMA D-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-UE DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI?
Iddispożizzjonijiet komunitarji dwar is-sigurtà soċjali jistabbilixxu regoli u prinċipji komuni li għandhom jitħarsu mill-awtoritajiet nazzjonali kollha, mill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, mill-qrati u mit-tribunali meta japplikaw il-liġijiet nazzjonali. Permezz ta’ dan, huma jiżguraw li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti ma taffettwax ħażin lill-persuni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiċċaqilqu u li joqogħdu fl-UE, iż-ŻEE u l-Isvizzera.
F’termini sempliċi, il-prinċipju bażiku huwa li persuna li eżerċitat id-dritt li tiċċaqlaq fl-UE ma tistax tkun f’pożizzjoni agħar minn dik ta’ persuna li dejjem kienet residenti u ħadmet fi Stat Membru wieħed.
3. l-UE KIF TIPPROTEĠI LIN-NIES MILLI JKUNU ASSIGURATI DARBTEJN?
F’xi Stati Membri, is-sigurtà soċjali hija bbażata fuq ir-residenza, filwaqt li f’oħrajn il-persuni u l-membri tal-familji tagħhom huma assigurati biss meta jeżerċitaw attività professjonali. Sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-ħaddiema migranti jew huma assigurati darbtejn jew xejn, id-dispożizzjonijiet tal-UE dwar is-sigurtà soċjali jiddeterminaw liema leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika għal ħaddiem migrant f’kull każ partikolari.
F’dan il-kuntest, id-dispożizzjonijiet tal-UE dwar is-sigurtà soċjali jipprovdu għal “aggregazzjoni tal-perjodi”. Dan ifisser li l-perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jiġu kkunsidrati, fejn meħtieġ, għad-dritt għall-benefiċċju taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.
4. l-UE TIPPROVDI TIPI ĠODDA TA’ BENEFIĊĊJI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI?
Le. l-UE la tintroduċi tipi ġodda ta’ benefiċċji, u lanqas tabolixxi l-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-uniku għan tad-dispożizzjonijiet tal-UE dwar is-sigurtà soċjali huwa li jipproteġu liċ-ċittadini Ewropej li jaħdmu, jirresjedu jew joqogħdu fi Stat Membru ieħor.
Pereżempju, kull meta tkun involuta l-leġislazzjoni ta’ diversi pajjiżi, id-dispożizzjonijiet tal-UE dwar is-sigurtà soċjali jiddeterminaw liema pajjiż irid iħallas il-benefiċċji.
Id-dispożizzjonijiet tal-UE dwar is-sigurtà soċjali jipprovdu wkoll regoli dettaljati li se jiddeterminaw f’kull każ wieħed liema leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż hija applikabbli.Hemm żewġ prinċipji bażiċi. Ħaddiem huwa soġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss kull darba.
It-tieni prinċipju bażiku huwa li impjegat ikun assigurat fil-pajjiż fejn jeżerċita l-attività professjonali tiegħu/tagħha.
5. X’INHU L-FORMA U1 U L-UŻU TAGĦHA?
Il-Formola U1
Il-formola U1 tiċċertifika l-perjodi tiegħek ta’ assigurazzjoni u impjieg jew ta’ impjieg għal rasek f’pajjiż ieħor tal-UE li se jitqiesu għall-għoti tal-benefiċċji tal-qgħad.
Fejn u meta tikseb il-formola U1 tiegħek
Jekk ser taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE, imbagħad qabel ma titlaq tista’ titlob formola U1 mis-servizz tal-impjieg jew l-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali li bħalissa int assigurat bil-benefiċċji tal-qgħad. Dan huwa dritt tiegħek iżda mhux obbligu. Lista sħiħa ta’ istituzzjonijiet tinsab fuq http://ec.europa.eu/social-security-directory.
Użu tal-formola U1
Jekk tispiċċa bla xogħol wara li tkun ħdimt fil-pajjiż li tkun mort tgħix fih u titlob il-benefiċċji tal-qgħad hemmhekk, ir-rekord muri fl-U1 jista’ jkollu bżonn jintuża biex jiġi stabbilit id-dritt tiegħek għall-benefiċċju tal-qgħad. L-istess japplika jekk inti titlob il-benefiċċju tal-qgħad fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek wara li taħdem f’pajjiż ieħor. Għalhekk, meta titlob il-benefiċċju tal-qgħad f’dawn iċ-ċirkostanzi, jista’ jkollok tippreżenta l-formola U1 tiegħek lis-servizz tal-qgħad meta tagħmel it-talba. Jekk inti ma tippreżentax l-U1, l-istituzzjonijiet jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa elettronikament.
Eżempju:
Inti tmur minn Franza għar-Renju Unit u taħdem hemmhekk għal sena, iżda mbagħad titlef l-impjieg tiegħek u titlob il-benefiċċji tal-qgħad fir-Renju Unit. Skont il-liġi nazzjonali tar-Renju Unit biex tkun intitolat għall-benefiċċju tal-qgħad normalment ikollok tkun assigurat għal sentejn. Għandek assigurazzjoni ta’ 1 snin biss fir-Renju Unit iżda, skont ir-regoli tal-UE r-Renju Unit se jqis l-assigurazzjoni fi Franza matul il-perjodu rilevanti kif muri fl-U1. Huma se jżidu dan mal-assigurazzjoni tar-Renju Unit li jippermetti li inti tissodisfa t-test ta’ sentejn tagħha.
Regoli speċjali għal skemi ta’ persuni li jaħdmu għal rashom
Meta tmur tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, huwa rrakkomandat li tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti biex tirċievi l-informazzjoni korretta kull meta jkun meħtieġ, peress li mhux il-Pajjiżi kollha tal-UE għandhom skema speċifika ta’ persuni li jaħdmu għal rashom.
Jien impjegati u se tfittex xogħol f’pajjiż ieħor, għandi bżonn li jieħdu forma U1?
Le. Inti se tirċievi formola U2 li tippermetti benefiċċju impjieg tiegħek li jitħallsu għal perjodu limitat f’pajjiż ieħor.
6. FORMOLA E104/S041
Il-formola E104/S041 hija rekord li jiċċertifika l-perjodi ta’ assigurazzjoni għall-finijiet ta’ benefiċċju tal-mard.
Għall-kuntrarju tal-U1, l-E104/S041 mhumiex dokument portabbli f’termini tar-Regolament (KE) 883/2004 u 987/2009. Dan ifisser li dan id-dokument ma jinħariġx fuq talba tal-persuna nnifisha.
Jekk l-istituzzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza tiegħek jew tal-Istat Membru fejn int assigurat, teħtieġ ċertifikazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni tiegħek f’Malta għal skopijiet ta’ benefiċċji tal-mard (E104/S041) l-istituzzjoni għandha tagħmel talba diretta lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Għal kwistjonijiet relatati ma’ benefiċċji fin-natura (kura tas-saħħa) l-istituzzjoni responsabbli hija l-Health Entitlement Unit.
7. KIF TAGĦTI TALBA GĦAL DAWN IL-BENEFIĊĊJI?
Ħlief għall-Benefiċċki tal-Mard fin-natura, talbiet għall-benefiċċji l-oħra kollha elenkati hawn fuq, għandhom jiġu ppreżentati permezz ta' applikazzjonijiet online.
8. X’INHU L-FORMA A1 U L-UŻU TAGĦHA?
Talba għal Intitolament biex wieħed jibqa’ assigurat f’Malta skont l-Artikoli 11-16 tar-Regolament tal-UE 883/2004 (Formola A1)
Il-formola A1
Il-formola A1 tiċċertifika liema leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tapplika għad-detentur tal-formola. Ġeneralment dan ikun meħtieġ f’sitwazzjonijiet fejn inti, bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, ikollok konnessjoni mal-impjieg jew l-impjieg indipendenti tiegħek ma’ aktar minn pajjiż wieħed tal-UE. Skont ir-regoli tal-UE persuna hija soġġetta biss għal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż wieħed fi kwalunkwe ħin. l-A1 jinħareġ mill-pajjiż li int suġġett għal-leġiżlazzjoni tiegħu u jikkonferma li m’intix suġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li miegħu inti għandek x’taqsam - jiġifieri li ma jkollok l-ebda obbligu li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (inkluża l-assigurazzjoni tas-saħħa) fil-pajjiżi l-oħra. Id—Dokument A1 jibqa’ validu sad-data tal-iskadenza, indikata fil-formola jew sakemm tiġi rtirata mill-istituzzjoni emittenti.
Fejn u meta tikseb il-formola A1 tiegħek?
Jekk inti persuna impjegata li tmur taħdem temporanjament f’pajjiż ieħor tal-UE, min iħaddmek normalment japplika għall-A1 f’ismek lill-istituzzjoni rilevanti f’pajjiżek. Persuni impjegati li normalment iwettqu attivitajiet f’aktar minn pajjiż wieħed tal-UE u persuni li jaħdmu għal rashom japplikaw bi dritt tagħhom. Jekk jogħġbok iċċekkja ma’ min iħaddmek il-proċedura li għandha tiġi applikata. Kull meta jkun possibbli, l-applikazzjoni għandha ssir qabel ma l-attività tibda fil-pajjiż l-ieħor.
Użu tal-formola A1
L-A1 għandu jinżamm disponibbli biex jiġi ppreżentat minnek jew minn min iħaddmek lill-istituzzjoni fil-pajjiż li qed taħdem fih, biex tikkonferma l-pożizzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek u biex tindika f’liema pajjiż il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà jkollhom jitħallsu.
Liema sitwazzjonijiet tkopri l-formola A1?
- Meta tintbagħat minn min iħaddmek biex taħdem temporanjament f’pajjiż ieħor tal-UE f’ismu għal perjodu massimu ta’ 24-il xahar.Dan huwa magħruf bħala “stazzjonar”.
- Il-kundizzjonijiet għall-istazzjonar huma spjegati fil-Gwida Prattika dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli, li tista’ tinstab hawn. Jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-istazzjonar jiġu sodisfatti, il-formola A1 tinħareġ awtomatikament u tikkonferma li, inti se tibqa ‘soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-istat inti kienu stazzjonati minn.
- Meta normalment taħdem għal rasek f’pajjiż tal-UE u tmur twettaq attività simili f’pajjiż ieħor għal perjodu massimu ta’ 24-il xahar.
- Ukoll hawn, jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-istazzjonar huma sodisfatti, il-formola A1 se tikkonferma li inti se jibqgħu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta ‘l-istat inti kienu stazzjonati minn.
- Meta normalment tkun impjegat f’aktar minn pajjiż wieħed tal-UE fl-istess ħin jew f’alternazzjoni.
- Skont is-sitwazzjoni tiegħek, tista’ tkun suġġett għal-leġiżlazzjoni jew tal-pajjiż ta’ residenza tiegħek jew tal-pajjiż fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impjegatur tiegħek.
- Meta normalment taħdem għal rasek f’aktar minn pajjiż wieħed tal-UE fl-istess ħin jew b’alternazzjoni.
- Skont is-sitwazzjoni tiegħek, inti tista’ tkun suġġett għal-leġiżlazzjoni jew tal-pajjiż ta’ residenza tiegħek jew tal-pajjiż fejn jinsab iċ-ċentru ta’ interess tiegħek.
- Meta twettaq attività kemm impjegata kif ukoll taħdem għal rasha f’pajjiżi differenti tal-UE.
- F’din is-sitwazzjoni, il-formola A1 tikkonferma li l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tal-attivitajiet impjegati tiegħek tipprevali.
- Meta tkun impjegat taċ-ċivil li jwettaq attivitajiet f’aktar minn pajjiż wieħed tal-UE.
- F’din is-sitwazzjoni, il-formola A1 se tikkonferma li inti tibqa’ taħt il-leġiżlazzjoni tal-amministrazzjoni li għaliha qed taħdem.
- Meta jkun fl-interess tiegħek li tidderoga minn kwalunkwe waħda mir-regoli msemmija hawn fuq,
- Żewġ stati tal-UE jew aktar jistgħu, fuq talba ta’ min iħaddmek, jaqblu li inti tkun suġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ stat differenti minn dak ipprovdut mir-regoli normali.Il-formola A1 tikkonferma għal liema leġiżlazzjoni int suġġett.
9. PROĊEDIMENT BARRA L-PAJJIŻ
Kemm jekk tkun se ssiefer għal xogħol kif ukoll jekk għal żjara temporanja f’wieħed mill-Istati Membri tal-UE, l-Istati tal-EFTA u l-Iżvizzera, inti trid tgħarraf lil Health Entitlement Unit fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa qabel it-tluq tiegħek.
Jekk inti ser taħdem f’wieħed minn dawn l-Istati, inti trid ukoll tavża, minbarra l- Health Entitlement Unit fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa:
- Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
- Id-Dipartiment tad-Taxxi Interni
- Jobsplus
Jekk inti ser taħdem barra mill-pajjiż iżda barra l-Istati msemmija hawn fuq, inti m’għandekx bżonn li tinnotifika lill- Health Entitlement Unit fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa iżda inti xorta trid tavża lid-Dipartimenti l-oħra qabel it-tluq tiegħek.
10. ĊERTIFIKAZZJONI TAL-ĦAJJA
Jekk int tirċievi pensjoni jew benefiċċju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u tiddeċiedi li tirriloka barra minn Malta, id-Dipartiment jeħtieġ li jiġi infurmat minnufih. Meta jkun residenti barra minn Malta, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jitlob ċertifikazzjoni tal-ħajja fuq bażi regolari mingħand il-benefiċjarji tiegħu. Tintbagħat formola ta’ Ċertifikat tal-Ħajja lil kull persuna li tirċievi pensjoni jew benefiċċju. Din il-formola teħtieġ dikjarazzjoni mill-benefiċjarju, minn ‘next of kin’ nominat u minn xhud bi sfond professjonali. L-informazzjoni pprovduta fiċ-ċertifikat tal-ħajja tiżgura li l-informazzjoni miżmuma mid-Dipartiment tkun preċiża u aġġornata.