Aħbarijiet Reċenti:
   - Ħruġ tal-ittri ta' kull 6 Xhur lill-gruppi tal-Pensjoni kollha -   - Daqshekk sekwestri fuq benefiċċji soċjali -   - Jitnieda proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-passi li jmiss fir-riforma tal-pensjonijiet -

Kalkulatur għall-Allowance tat-Tfal

L-Allowance tat-Tfal tingħata lill-koppji miżżewġin; koppji ta’ unjoni ċivili; koppji li jikkoabitaw; ġenituri waħedhom; ġenituri separati jew migranti ritornati, li għandhom il-kura u l-kustodja tat-tfal tagħhom taħt l-età ta’ 16-il sena.

Kalkulatur għall-Benefiċċju għal Diżimpjieg

Il-Benefiċċju għal Diżimpjieg jista’ jingħata lil persuna li ħallset il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2 u li qed tirreġistra ma’ Jobsplus taħt l-1 Parti tar-Reġistru tal-Qgħad.

Kalkulatur għall-Benefiċċju għal Mard

Persuna li ma tkunx laħqet l-età tal-irtirar u li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-kontribuzzjoni rilevanti tista’ tkun eliġibbli għall-benefiċċju tal-mard.

Kalkulatur għall-Benefiċċju ta` Waqt l-Impjieg

Il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg huwa mmirat biex jgħin lill-koppji u lill-ġenituri waħedhom li huma impjegati u li għandhom tfal taħt l-età ta’ 23-il sena, li għadhom dipendenti u jgħixu magħhom.

Kalkulatur għall-Pensjoni tal-Irtirar

Il-Pensjoni Kontributorja għall-Irtirar tista’ tingħata lil persuna li tilħaq l-età tal-irtirar. (Dan il-kalkolatur huwa applikabbli għal pensjonant prospettiv li twieled fl-1 ta’ Jannar 1952 jew wara).

Kalkulatur għall-Pensjoni tar-Romol

Pensjoni Kontributorja tar-Romol tingħata lil pretendent li jissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti wara l-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba.

Kalkulatur tal-Kontribuzzjoni għal dħul f’Dar tal-Anzjani

Meta wieħed jiġi ammess f’Dar Residenzjali, it-tariffi u l-imposti japplikaw f’konformità mar-Regolament 259/2004 — Servizzi Residenzjali Finanzjarji mill-Istat. Hija meħtieġa valutazzjoni finanzjarja għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti.

Kalkulatur tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji

L-iskema tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji (Tapering) hija maħsuba sabiex tħajjar lil persuni li jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg (UA), Għajnuna Soċjali (SA) u Għajnuna Soċjali għal Ġenituri Waħedhom mhux Miżżewġa (SUP) biex jaħdmu. Dan il-benefiċċju jingħata għal perjodu ta’ 3 snin għal dawk il-benefiċjarji li jiġu impjegati jew ukoll li jaħdmu għal rashom sakemm jaqilgħu l-paga minima nazzjonali jew aktar. Dawk li qedgħin jirċievu Għajnuna Soċjali għal Ġenitur Singlu (SUP), jistgħu jkunu eliġibbli anke jekk ikunu f’impjieg part-time.

Font Resize
Contrast