Logo
Logo
  • MT
  • EN

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Ċertifikazzjoni ta’ Perjodi ta’ Impjieg Assigurabbli f’Pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE) – Formola U1

Ħarsa ġenerali

Id-dokument U1 jiċċertifika l-perjodi tiegħek ta’ impjieg assigurabbli ta’ kemm domt impjegat jew ħdimt għalik innifsek f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE), li jiġi kkunsidrat biex tingħata l-benefiċċji għal qgħad.ta’ meta ma tkunx qed taħdem. Iċ-ċertifikat tal-U1 jinħareġ mill-pajjiż fejn tkun ħdimt u ħallast il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali relattivi tiegħek. 

Id-dokument U1 mhux l-applikazzjoni korretta biex titlob għar-rekords ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali imħallsa sakemm kont impjegat u/jew taħdem għalik innifsek f’Malta.

X’se tingħata

  • Ċertifikat U1 juri l-perjodi ta’ impjieg assigurabbli kompluti skont l-iskema Maltija tas-Sigurtà Soċjali. Dan iservi bħala xhieda tal-kontribuzzjonijiet li ħallast fl-iskema ta’ Malta li jistgħu jiġu utilizzati biex tkun tista’ titlob il-benefiċċji għal qgħad f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE).

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Int eliġibbli li tirċievi d-dokument ta’ ċertifikazzjoni tal-U1 jekk, permezz ta’ attività ta’ xogħol bħala impjegat jew li taħdem għalik innifsek u kont f’impjieg u tkun komplejt perjodu ta’ impjieg assigurabbli fl-iskema tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta.
  • Jekk tkun ħdimt f’Malta imma ma tkun ħallast l-ebda kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għax l-attività ta’ xogħol ma kinetx ikkunsidrata bħala attività ta’ assigurazzjoni, il-U1 ma tkunx aċċettabbli.
  • Dokumenti mitluba fid-dokument ta’ U1 jiġu aċċettati biss fl-applikazzjoni online. Dawk id-dokumenti li jintbagħatu b’email jiġu miċħuda. 

Dokumenti Meħtieġa

  • Ħafna mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (EU) jiġu mitluba biss FS3s ta’ l-aħħar tliet (3) snin ta’ impjieg assigurat u/jew xogħol għalik innifsek f’Malta. Mhux meħtieġ li tibgħat l-FS3s tas-snin kollha ta’ meta kont taħdem Malta. Intant, pajjiżi differenti jeħtieġu ammonti differenti ta’ snin għad-dokument U1. Dan jista’ biss jiġi kkonfermat mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (EU) minn fejn qed jintalab il-Benefiċċju tal-Qgħad.
  • Formola ta’ Terminazzjoni ta’ Impjieg minn JobsPlus ta’ l-aħħar impjieg imtemmi f’Malta.
  • Fil-każ tal-Baħħara, Ittra ta’ Terminazzjoni maħruġa minn min iħaddem, li tkun tinkludi d-data u r-raġuni tat-terminazzjoni tal-impjieg.
  • F’każijiet fejn l-impjegati jitħallsu tal-Vacation Leave Pay Out, iġifieri jitħallsu għal dawn il-ġranet tal-leave mhux utilizzati matul l-impjieg assigurat, għandhom jibgħatu l-aħħar payslip li jkun jinkludi ukoll dan id-dħul. Għall-impjegati oħra mhemmx il-bżonn li jintbagħatu payslips tax-xogħol.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.