Rispons u lmenti

Aħna napprezzaw ir-rispons tiegħek biex jgħinna ntejbu s-servizz tagħna. Jekk inti, bħala ċittadin Malti jew mhux Malti tixtieq tissottometti kumpliment, tixtieq tagħmel suġġeriment dwar kif nistgħu ntejbu s-servizzi tagħna jew għandek ilment, aħna qegħdin hawn biex nisimgħu. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali se jittratta t-tħassib tiegħek bħala prijorità, jamministra l-ilment tiegħek b’integrità u ġustizzja, u jżommok infurmat waqt li jaħdem miegħek għal riżoluzzjoni sodisfaċenti.
Dwar xiex jista’ jkun l-ilment tiegħek
Il-proċess tal-ġestjoni tal-ilmenti jeżamina l-ilmenti mill-pubbliku dwar is-servizz(i) tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dawn l-ilmenti jistgħu jkunu dwar:
- Dewmien mhux raġonevoli
- Servizz, spjegazzjoni jew raġunijiet inadegwati
- Żball legali
- Żball fattwali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet
- Żball uman
- Defiċjenza proċedurali
- Azzjoni jew deċiżjoni diskriminatorja
- Proċess amministrattiv difettuż
- Għarfien/taħriġ inadegwat tal-persunal
- Imġieba mhux professjonali minn uffiċjal
- Ksur ta’ dmir/kondotta ħażina minn uffiċjal
X’għandna bżonn mingħandek
Jekk jogħġbok kun ċar, fattwali, u għidilna dak li tixtieq. Jekk tipprovidi d-dettalji ta’ ismek u kuntatt tgħinna biex nirrispondulek u nsolvu l-kwistjoni. Jekk tipprovdi rispons b’mod anonimu, ma nkunux nistgħu nirrispondulek.
Kif se nirrispondu
Aħna nimmiraw li nsolvu lmenti fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol. Jekk ma nistgħux insolvu l-ilment tiegħek, aħna nispjegaw għaliex u ngħarrfuk l-għażliet l-oħra tiegħek.
Kif tagħmel Suġġeriment, Kumpliment jew Ilment
Jekk tixtieq tipproponi suġġeriment, tagħmel kumpliment jew tressaq ilment, tista’ tuża l-formola online hawn taħt.
X’tista’ tagħmel jekk ma tkunx sodisfatt bir-rispons tad-Dipartiment?
Jekk m’intix sodisfatt bil-mod li bih it-tħassib tiegħek ġie ttrattat, jista’ jitressaq Appell kontra deċiżjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali quddiem l-Arbitru.
Kif tirrapporta frodi jew imġieba ħażina suspettata kontra d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Ir-rapporti kollha ta’ attività suspettata frawdolenti mwettqa kontra d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, se jiġu investigati. Jekk tirrapporta suspett ta’ frodi jew kondotta ħażina, il-privatezza u l-kunfidenzjalità tiegħek jiġu rispettati.
Servizzi disponibbli biex jgħinuk tagħmel ilment, tikkomplementa jew tipprovdi feedback
Jekk tixtieq tagħmel ilment, tikkomplementa jew tipprovdi feedback u ma tixtieqx tagħmel dan permezz tal-Internet jew il-Frodi Freephone tista’ tgħaddih bil-miktub fl-indirizz li ġej:
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
38, Triq l-Ordinanza
Il-Belt Valletta VLT 1021
Jew wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.
Lingwi minbarra l-Malti:
Lingwa Ingliża