Logo
Logo
  • MT
  • EN

Osservanza ta’ Benefiċċji

L-Unità għall-Osservanza ta’ Benefiċċji fi ħdan id-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza hija fdata biex tiżgura li l-benefiċċji soċjali u s-servizzi jingħataw lil benefiċjarji li għalihom huma maħsuba. Biex jikseb dan, L-unità tinvestiga r-rapporti kollha li tirċievi, fejn jiġi allegat li l-benefiċċji soċjali u/jew is-servizzi mogħtija jew riċevuti, mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni applikabbli. L-unità tieħu wkoll inizjattivi biex tinvestiga benefiċjarji jew gruppi ta’ benefiċjarji fejn hemm suspett ta’ nuqqas ta’ osservanza. Barra minn hekk jiġu segwiti mill-qrib bidliet fil-mezzi finanzjarji tal-benefiċjarji u ċirkostanzi oħra li jistgħu jħallu impatt fuq id-dritt tagħhom għal benefiċċji jewservizzi.

L-Unità għall-Osservanza ta’ Benefiċċji tmexxi l-operazzjonijiet tagħha fil-parametri tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Fl-isforzi tagħha biex twettaq investigazzjonijiet bir-reqqa, hija tikseb l- -informazzjoni meħtieġa minn Dipartimenti u entitajiet oħra kemm pubbliċi kif ukoll privati. Barra minn hekk, jiġi żgurat illi taġixxi mmedjatament meta tidentifika ċirkostanzi li jindikaw li l-benefiċċji soċjali u/jew is-servizzi mhumiex qed jitħallsu jew jingħataw f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) ġie emendat permezz tal-Att VI tal-2006 biex jipprovdi għall-operazzjonijiet tal-Unit għall-Osservanza tal-Benefiċċji. Permezz ta’ dawn l-emendi d-Direttur responsabbli minn din l-unità ġie mogħti s-setgħa li jwettaq il-funzjonijiet tad-diversi Artikoli fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), inkluż is-setgħa li jaħtar uffiċjali pubbliċi bħala spetturi u li jitlob il-produzzjoni tad-dokumentazzjoni u informazzjoni biex tgħinuh/a jwettaq dawn id-dmirijiet.

L-għanijiet ġenerali ta’ din l-unità huma li:

  • Tiddentifika każijiet speċifiċi jew xejriet fil-benefiċċju soċjali u/jew servizzi li jistgħu ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli
  • Tinvestiga każijiet irrappurtati jew suspettati ta’ allegat nuqqas ta’ osservanza mal-leġiżlazzjoni applikabbli
  • Tikkonkludi l-investigazzjonijiet kollha fi żmien raġonevoli
  • Tħeġġeġ l-osservanza mal-leġiżlazzjoni applikabbli
  • Taġixxi b’mod ġust billi tirrispetta l-aspett soċjali
  • Tipprepara bidliet fil-politika biex tagħti s-setgħa lill-analiżi ta ‘oqsma emerġenti ta’ nuqqas ta’ osservanza

L-Unità għall-Osservanza tal-Benefiċċji fi ħdan id-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza, tinvestiga t-talbiet kollha mibgħuta għall-Investigazzjoni Importanti jiġi nnutat illi ma tistax tingħata informazzjoni dwar ir-riżultat tal-investigazzjoni partikolari. Persuna tista’ timla u tissottometti t-talba onlajn, iċċempel fuq Freephone 80072345 jew tikteb lill-Unit tal-Osservanza ta’Benefiċċji, 38 Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta VLT 1021.

Għan għall-Ġbir ta’ Data

L-Unità għall-Osservanza tal-Benefiċċji tiġbor u tipproċessa informazzjoni biex twettaq l-obbligi tagħha skont il-leġiżlazzjoni preżenti. Id-data kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data (CAP. 586). Aqra iktar

Żamma, Manutenzjoni u Rimi ta’ Dokumentazzjoni

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) iressaq il-prinċipju li data personali u data personali sensittiva m’għandhomx jinżammu għal perjodi li huma itwal milli meħtieġ. F’dan il-kuntest, il-politika ta’ żamma tal-Unit għall-Osservanza tal-Benefiċċji għad-data u d-dokumentazzjoni kollha li tiġbor u tipproċessa, hija mmirata biex tiżgura konformità mar-Regolament u biex tiżgura li ma jintużaw l-ebda riżorsi fl-ipproċessar u l-arkivjar ta’ data li m’għadhiex ta’ rilevanza. Aqra iktar

Font Resize
Contrast