Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Dritt li Tibqa’ Assigurat f’Malta – Formola A1

Ħarsa ġenerali

Id-dokument A1 jiċċertifika liema leġiżlazzjoni tas-Sigurtà Soċjali hija applikabli. Huwa meħtieġ f’sitwazzjonijiet fejn persuna impjegata jew li taħdem  għal rasha għandha konnessjoni permezz tal-attività tax-xogħol tagħha ma’ aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE). Peress li skont ir-regoli tal-UE, persuna hija soġġett biss għal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż wieħed fl-istess perjodu, il-Formula A1 tispeċifika il-legislazzjoni applikabbli skond il-pajjiż.

Iċ-ċertifikat A1 jinħareġ mill-pajjiż, li l-leġiżlazzjoni tiegħu tapplika għalik u jikkonferma li m’intix soġġett għal-liġijiet tas-Sigurta Socjali ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li miegħu għandek konnessjoni . Dan ifisser, li ma jkollok l-ebda obbligu li tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, inkluża l-assigurazzjoni tas-saħħa, f’dawk il-pajjiżi l-oħra . Iċ-ċertifikat A1 jibqa’ validu sad-data ta’ skadenza kif indikata fuq id- dokument jew sakemm jiġi revokat mill-awtorità emittenti.

F’każijiet fejn applikazzjoni għall-A1 tiġi sottomessa minn min iħaddem f’isem l-impjegat, l-applikant għandu jibgħat permezz ta’ email fuq [email protected] id-dokumenti li ġejjin:

  1. Formola ta’ Mandat u Awtorizzazzjoni mimlija u ffirmata;
  2. Kopja tal-kuntratt tal-impjieg tal-impjegat.

Il-Formola ta’ Mandat u Awtorizzazzjoni tista’ titniżżel mit-taqsima “Dokumentazzjoni Meħtieġa” hawn taħt. Is-suġġett tal-email għandu jinkludi:

  1. l-isem u l-kunjom sħiħ tal-impjegat; u
  2. in-numru tal-applikazzjoni A1 relatata.

F’każ li d-dokumenti ma jintbagħtux fuq l-email indikat jew l-istess email ma jinkludux l-informazzjoni meħtieġa, jista’ jkun hemm dewmien fl-ipproċessar tal-applikazzjoni.

X’se tingħata

Iċ-ċertifikat tal-A1 jikkonferma li int obbligat li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta waqt li twettaq attività ta’ xogħol fi stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE). Dan jassigura li inti ma tkunx suġġett għal-ħlas ta’assikurazzjoni f’iktar min pajjiż wieħed.

Eliġibbiltà

Kriterji i ta’ eliġibbiltà

Int eliġibbli għad-dokument ta’ ċertifikazzjoni tal-A1 f’dawn iċ-ċirkustanzi:

  • Meta tiġi assenjat mill-imgħallem sabiex taħdem temporanjament f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE) għal-perjodu massimu ta’ erbgħa u għoxrin (24) xahar. Dan jissejjaħ allokament.
  • Meta normalment taħdem għal rasek f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) u tmur tagħmel attività simili f’pajjiż ieħor għal perjodu massimu ta’ erbgħa u għoxrin (24) xahar.
  • Meta int taħdem f’aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE) fl-istess żmien jew f’perjodi konsekuttivi.
  • Meta tkun impjegat għal-rasek f’aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE) fuq bażi ta’ rotazzjoni fl-istess perjodu.
  • Meta tkun impjegat taċ-ċivil u twettaq impjieg f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE).

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online. L-applikazzjoni tinsab biss bl-ingliż.

Let us assist you
Help us improve our information
Your Europe
Help us improve our procedure
Report an obstacle
L-aħħar Aġġornament: 19/10/2026