Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Għaliex huwa Important li Żżomm id-Dettalji ta’ Kuntatt Tiegħek Aġġornati permezz tas-Servizz Online mySocialSecurity?

01/06/2023 | Aħbar Riċenti

Li żżomm id-Dettalji ta’ Kuntatt tiegħek aġġornati hija essenzjali fid-dinja diġitali tal-lum, speċjalment meta niġu biex nittrattaw ma’ dipartimenti u aġenziji tal-gvern bħad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Permezz tal-mySocialSecurity App, l-aġġornament tad-Dettalji ta’ Kuntatt tiegħek sar aċċessibbli aktar minn qatt qabel.

Is-servizz online mySocialSecurity jippermetti lill-benefiċjarji u lill-persuni reġistrati taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap.318.), li jaġġornaw id-Dettalji ta’ Kuntatt tagħhom, li jinkludi l-indirizz postali tagħhom, l-indirizz elettroniku, in-numru tal-linja fissa, in-numru tal-mowbajl. Jinkludi ukoll it-talba għal notifiki ta’ pagament bl-SMS. Huwa tajjeb li tkun taf li kwalunkwe Dettalji ta’ Kuntatt aġġornati minn dan is-servizz jiġu instantanjament irreġistrati fis-sistema tad-dipartiment. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-indirizz postali ma jistax jinbidel għal indirizz barrani jew viċi versa permezz ta’ dan is-servizz.

Jekk qed tippjana li tgħix barra u trid taġġorna d-Dettalji ta’ Kuntatt tiegħek, jew tgħix barra u diġà rreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u se tmur tgħix f’pajjiż differenti, int għandek tikklikkja hawn biex taġġorna d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek.

Meta taġġorna d-Dettalji ta’ Kuntatt tiegħek, tista’ tiżgura li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jista’ jilħqek malajr u b’mod effiċjenti. Dan huwa kruċjali jekk ikollok bżonn tiġi mgħarraf bi kwalunkwe tibdil fil-benefiċċji tiegħek, appuntamenti li tkun imsejjaħ għalihom, jew kwalunkwe informazzjoni importanti oħra.

Barra minn hekk, l-aġġornament tad-Dettalji ta’ Kuntatt tiegħek permezz tal-mySocialSecurity App jista’ jiffranklek ħin u sforz. M’għadx għandek għalfejn iżżur xi ċentru ta’ servizz.gov biex taġġorna d-Dettalji ta’ Kuntatt tiegħek. Minflok, tista’ tidħol online fuq mySocialSecurity. Kull m’għandek bżonn huwa li  tawtentika bl-e-ID tiegħek u tagħmel il-bidliet istantanjament.

Barra minn hekk, il-karatteristika ta’ notifika tal-pagament bl-SMS hija raġuni importanti oħra biex taġġorna d-Dettalji ta’ Kuntatt tiegħek permezz tal-mySocialSecurity App. B’din il-karatteristika, il-benefiċjarji jistgħu jirċievu notifika b’SMS biex ikunu nfurmati meta l-pagament tal-benefiċċji tagħhom ikun ser jiġi  ddepożitat, u b’hekk  jippermettilhom isegwu l-pagamenti tagħhom u jippjanaw kif meħtieġ.

Biex taċċessa s-servizz online mySocialSecurity, irid ikollok kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta. Jekk s’issa m’għandekx aċċess għall-kont tal-e-ID, xorta tista’ taġġorna d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek billi żżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov u tipprovdi dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali valida.

B’mod ġenerali, jekk iżżomm id-Dettalji ta’ Kuntatt tiegħek aġġornati permezz tal-SocialSecurity App hija kruċjali għal esperjenza bla xkiel mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Għalhekk, ħu ftit minuti llum biex taġġorna d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek u gawdi s-serħan tal-moħħ meta tkun taf li inti dejjem se tkun b’kuntatt mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Feedback