Rati ta’ Kontribuzzjonijiet tat-Tieni Klassi 2022 (Persuni li jaħdmu għalihom infushom)
Kontribuzzjonijiet tat-Tieni Klassi jitħallsu mill-persuni kollha li jiksbu dħul ta’ aktar minn €910 minn attivita’ ekonomika u li mhumiex impjegati
Persuni li jaħdmu għalihom infushom (Self-Occupied Persons): jiksbu dħul minn Kummerċ, Negozju, Professjoni, Vokazzjoni jew kwalunkwe attivita’ ekonomika oħra li taqbeż l-ammont ta’ €910 fis-sena.
Persuni li jaħdmu għal rashom (Self-Employed Persons): jirċievu dħul minn kirjiet, investimenti, qligħ kapitali jew kwalunkwe dhul ieħor.
Ir-Rati għat-Tieni Klassi huma bbażati fuq il-profitt jew dħul nett annwali għas-sena ta’ qabel is-sena tal-ħlas talkontribuzzjoni.
| Kategorija | Deskrizzjoni | |||||
| SP | Din ir-rata tapplika biss għal persuni waħedhom li ma jaħdmux għalihom infushom | |||||
| Minn | Sa | Rata fil-Ġimgħa | ||||
| €1,005 | €9, 387 | €27.08 | ||||
| Ir-Rata SP tapplika biss għal persuni waħedhom li ma jaħdmux għalihom infushom. | ||||||
| SA | Minn | Sa | Rata fil-Ġimgħa | Bdiewa Full-Time ** | ||
| €910 | €10,848 | €31.29 | €20.86 | |||
| * €31.29 jew 15% tal-qligħ nett annwali jekk il-persuna tkun mara li taħdem għal rasha part-time, student/a full-time li j/taħdem part-time għal rasu/ha, jew pensjonant/a li j/taħdem part-time għal rasu/ha, li l-qligħ nett annwali tiegħu/tagħha ma jaqbiżx €10,848. |
||||||
| Jekk il-persuna assigurata tagħżel li tħallas kontribuzzjoni li hija inqas minn € 31.29, kontribuzzjoni bħal din tista’, jekk il-persuna tikkwalifika għal benefiċċju jew pensjoni kontributorja, tirriżulta fil-ħlas tal-benefiċċju jew pensjoni kontributorja mnaqqsa. |
||||||
| Persuni li twieldu fil-31 ta’ Diċembru 1961 jew qabel |
||||||
| SB | Minn | Sa | Rata fil-Ġimgħa | Bdiewa Full Time/Priġunieri | ||
| €10,848 | €19,706.90 | 15% | 10% | |||
| SC | Minn | Sa | Rata fil-Ġimgħa | Bdiewa Full Time/Priġunieri | ||
| €19,706.90 | N/A | €56.85 | €37.90 | |||
| Persuni li twieldu fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara: |
||||||
| SB | Minn | Sa | Rata fil-Ġimgħa | Bdiewa Full Time | ||
| €10,848 | €25,986 | 15% | 10% | |||
| SC | Minn | Sa | Rata fil-Ġimgħa | Bdiewa Full Time | ||
| €25,986 | N/A | €74.96 | €49.97 | |||
*Iż-żieda fl-ogħla rata ta’ konribuzzjoni hija relatata ma’ dħul pensjonabbli massimu garantit bħala rizultat tar-riforma talpensjonijiet li saret liġi bis-saħħa ta’ l-ATT XIX ta’ l-2006 u l-AL 336 ta’ l-2006
**Ir-rata mnaqqsa hija applikabbli għall-Bdiewa Full-Time kif identifikati mid-Dipartiment tal-Agrikoltura.




