Ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali Neqsin – JobsPlus1990
Din hija skema li jistgħu jibbenefikaw minnha residenti Maltin li r-rekords uffiċjali jindikaw li kienu f’impjieg qabel it-twaqqif tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (illum Jobsplus) fl-1990, iżda li ma jkunx instab ħjiel li tħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-istess perjodu. L-għan ta’ din l-iskema hu li jippermetti lill-applikanti, biex jikkwalifikaw għall-penzjoni minima kontributorja, minħabba li ma jkollhomx il-minimu neċessarju ta’ kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali biex jikkwalifikaw għall-istess pensjoni minima. Aqra aktar