Numru tas-Sigurtà Soċjali
Ħarsa ġenerali
Storikament in-numru tas-sigurtà soċjali tiegħek huwa (numru N.I.) huwa rreġistrat taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Jintuża biex tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jiġu mnaqqsa mis-salarju tiegħek jekk int impjegat/a jew billi tagħmel pagamenti mal-Kummissarju tad-Dħul f’każ li int taħdem għalik innifsek. Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa jagħtuk dritt għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali provduti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP. 318.), soġġett għall-kundizzjonijiet ta’ intitolament li jeżistu għal kull tip ta’ benefiċċju. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-kategoriji u l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li l-impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom/għalihom infushom iridu jħallsu, hawn.
Minn Ottubru tal-2016, in-numru ta’ reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali ma baqgħax joħroġ għall-persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità permanenti Maltija (bl-ittri M, L, G, H) u joħroġ biss għall-persuni li għandhom il-Karta tal-Identità Maltija li tispiċċa bl-ittra ‘A’ u għal dawk li mhumiex fil-pussess ta’ Karta tal-Identità permanenti Maltija. Madankollu, dawk il-minuri li għadhom studenti taħt is-sittax-il (16) sena u għandhom Karta tal-Identità Maltija (14+) iżda jixtiequ jaħdmu fuq bażi temporanja, huma obbligati li jirreġistraw għal numru tas-sigurtà soċjali jekk l-aħħar sena skolastika obbligatorja ma tlestietx billi jattendu xi ċentru ta’ Jobsplus.
L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), jipprovdi li kull persuna li tkun f’impjieg assigurabbli Malti bejn l-età ta’ sittax (16) u ħamsa u sittin (65) sena għandha tkun assigurata, u dan jinkiseb awtomatikament meta l-persuna tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta. Tali rekwiżit obbligatorju jagħmel lil kull persuna assigurata eliġibbli biex titlob u tirċievi benefiċċji kontributorji tas-sigurtà soċjali, inkluża pensjoni tal-irtirar, soġġetta li tissodisfa l-kundizzjonijiet minimi tal-benefiċċju.
Minn Lulju 2025, ġie introdott proċess ġdid ma’ Jobsplus, fejn persuna li tkun qed titlob Numru tas-Sigurtà Soċjali Malti trid tattendi fl-Aġenzija Jobsplus. Ladarba l-Formola ta’ Engagement tal-persuna tiġi rreġistrata ma’ Jobsplus, id-dettalji tagħha jiġu trasmessi awtomatikament b’mod diġitali lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Jekk tkun eliġibbli, jinħareġ Numru tas-Sigurtà Soċjali f’ħin reali.
Huma dawn il-persuni biss kif indikat hawn taħt. għandhom jirreġistraw permezz tal-applikazzjoni online li tivverifika l-validazzjoni tal-Karta tal-Identità Maltija u d-Data tat-Twelid tal-applikant, filwaqt li skont l-għażliet magħżula, tinħtieġ informazzjoni speċifika matul il-proċess kif xieraq. Irid ikun innotat li mhux ser ikun aktar permess li l-impjegaturi jibagħtu applikazzjonijiet online f’isem l-impjegati tagħhom. L-impjegati għandhom japplikaw huma f’isimhom stess billi jużaw waħda minn dawn il-metodi:
- Il-kont personali tagħhom tal-e-ID, jekk għandhom karta tal-identità Maltija valida.
- Il-kont eIDAS tagħhom, jekk huma ċittadini tal-UE.
- Kont ta’ Reġistrazzjoni, jekk m’humiex ċittadini tal-UE.
Fil-qosor hawn taħt hawn il-passi li għandek issegwi biex tapplika għal Numru tas-Sigurtà Soċjali Malti:
- Jekk inti minorenni bejn l-età ta’ 14 u 16-il sena, trid tattendi fiċ-ċentru ta’ Jobsplus.
- Jekk għandek aktar minn 16-il sena u għandek numru tal-Karta tal-Identità Maltija li tispiċċa b’littri ‘M’, ‘G’, ‘L’, ‘H’ jew ‘A’, trid tattendi fiċ-ċentru ta’ Jobsplus.
- Jekk inti membru ta’ Ekwipaġġ tal-Ajru, Baħri, Mariner, Trasportatur jew ċittadin f’Sitwazzjoni Transkonfinali tal-UE, trid tirreġistra permezz tal-applikazzjoni online u tawtentika bl-eIDAS.
- Jekk inti ċittadin mhux Malti iżda ċittadin tal-Unjoni Ewropea li m’għandux Karta tal-Identità Maltija maħruġa mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità u qed titlob li taħdem f’Malta, tista’ tirreġistra permezz tal-applikazzjoni online billi tawtentika bl-eIDAS jew tattendi f’xi ċentru ta’ Servizz.gov biex japplikaw f’ismek.
- Jekk inti persuna minn Pajjiż Terż li qed titlob li taħdem Malta, trid jew tapplika online billi tawtentika billi tirreġistra għal Kont jew tattendi f’wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov u japplikawlek f’ismek.
- Jekk inti qed titlob ażil u trid taħdem f’Malta, trid tattendi personalment f’xi ċentru ta’ Servizz.gov biex japplikaw f’ismek.
Nota: L-applikazzjoni għal numru ta’ reġistrazzjoni għal skopijiet ta’ sigurtà soċjali ma jfissirx neċessarjament li inti tkun irreġistrat awtomatikament. Il-pożizzjoni tal-assikurazzjoni tiegħek trid tiġi determinata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
X’se tingħata
Persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità permanenti Maltija, ikunu awtomatikament reġistrati taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (KAP. 318.) ladarba jkunu għalqu is-sittax-il (16) sena. Persuni li mhumiex fil-pussess ta’ Karta’ tal-Identità permanenti Maltija u li għandhom età bejn sittax-il (16) sena u l-età tal-pensjoni, iridu japplikaw għal numru ta’ reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali. Dan in-numru jinħareġ darba biss u huwa validu matul il-ħajja tal-applikant.
Dawk il-persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità valida Maltija, jirċievu ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni awtomatikament ftit jiem qabel jagħlqu l-età ta’ sittax-il (16) sena.
Għal dawk li ma jkollhomx Karta tal-Identità Maltija permanenti u li jagħmlu użu minn din l-applikazzjoni online, iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u n-numru tas-sigurtà soċjali jintbagħtu permezz tal-indirizz elettroniku pprovdut fl-applikazzjoni ladarba jintlaħqu l-kriterji tal-assigurazzjoni. Tali informazzjoni ma tiġix kondiviża ma’ partijiet terzi oħra sakemm ma tkunx koperta minn leġiżlazzjoni jew ftehim dwar il-kondiviżjoni tad-data.
Applikazzjoni tieħu madwar ġimagħtejn (2) sabiex tiġi ppoċessata jekk id-dokumenti mehmuża jkunu kif rikjesti.
Għal aktar informazzjoni dwar l-obbligi tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali ikklikkja hawn.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà:
Inti eliġibbli għall-ħruġ awtomatiku ta’ Numru tas-Sigurtà Soċjali (SSN) jekk:
- Qiegħed tiġi impjegat permezz tal-Aġenzija Jobsplus u għandek id-dokumenti kollha meħtieġa f’idejk.
- M’għandekx diġà Numru tas-Sigurtà Soċjali Malti.
- Għandek mill-inqas erbatax-il (14) il sena. Madankollu, jekk għadek taħt is-16-il sena, Jobsplus irid jikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek permezz ta’ eżenzjoni EDU mis-Servizzi Nazzjonali ta’ Appoġġ għall-Iskejjel.
- Id-dettalji personali tiegħek, bħall-isem sħiħ, data tat-twelid, u n-nazzjonalità huma rreġistrati b’mod korrett mal-Aġenzija Identità.
- Jekk l-impjieg tiegħek ma’ Jobsplus jinkludi numru validu ta’ Karta tal-Identità Maltija, trid tipprovdi indirizz elettroniku validu.
- Jekk ma tipprovdix numru validu ta’ Karta tal-Identità Maltija, trid tipprovdi kemm indirizz elettroniku kif ukoll numru validu ta’ passaport. Dan jiżgura li tista’ tiġi kkuntattjat u gwidat dwar kif tikseb il-Karta tal-Identità Maltija. Ladarba l-Karta tal-Identità Maltija tiġi maħruġa u tgħaddi għand l-Aġenzija Jobsplus, it-talba tiġi sottomessa mill-ġdid u jinħareġ in-Numru tas-Sigurtà Soċjali Malti kif xieraq.
- Ladarba d-dettalji tiegħek jiġu vverifikati bħala korretti, jinħoloq ċertifikat ta’ reġistrazzjoni.
- Inti tirċievi ċ-ċertifikat bl-email jekk l-indirizz tiegħek ikun irreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-għanijiet ta’ Notifika. Inkella, jiġi stampat u mibgħut lilek.
- Għal dawk iċ-ċittadini tal-UE li jinsistu li ma jixtiequx japplikaw għal Karta tal-Identità Maltija taħt l-Att dwar il-Moviment Liberu, huma ggwidati lejn l-applikazzjoni online għan-Numru tas-Sigurtà Soċjali.
Dokumentazzjoni meħtieġa
- Iċ-Ċittadini Maltin kollha (ħlief dawk minuri) li għandhom in-numru tal-Karta tal-Identità Maltija tispiċċa bil-M, G, L jew H:
- Dawn jinħarġilhom awtomatikament in-Numru tas-Sigurtà Soċjali kif spjegat aktar ‘l fuq, għalhekk m’hemmx bżonn ta’ applikazzjoni jew tipprovdi xi dokumentazzjoni.
- Iċ-Ċittadini Maltin kollha li huma minuri ta’ bejn ‘l erbatax (14) u sittax-il (16) sena u li għandhom Karta tal-Identità Maltija tispiċċa bil-L jew H).
- Dawk l-istudenti li għadhom ma temmux l-iskola obbligatorja (sal-Form 5) u għadhom ma għalqux sittax-il (16) sena u jixtiequ li jibdew jaħdmu, iridu jissottomettu applikazzjoni lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER). L-applikazzjoni trid tkun iffirmata mill-ġenitur/i jew kustodja/i legali tal-istudent u minn min ser ikun qed iħaddem. Hekk kif l-applikazzjoni tiġi approvata mid-DIER, is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskola (NSSS) toħroġ ittra ta’ eżenzjoni mill-iskola li tintbagħat lill-ġenitur/i jew kustodja/i legali tal-istudent. Ikklikkja hawn biex tniżżel l-applikazzjoni għall-Eżenzjoni mill-Iskola u l-proċeduri relatati.
- Karta tal-Identità Maltija valida għall-identifikazzjoni.
- Ċertifikat tat-Tluq mill-Iskola u Profil jew nota ffirmata mill-Kap tal-Iskola fejn jikkonferma li l-istudent temm l-iskola obbligatorja.
- Eżenzjoni mill-Iskola mis-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskola (NSSS) jekk il-minuri għadu ma temmx l-aħħar sena obbligatorja u għadu/ għadha ma għalaqx/ għalqetx l-età ta’ sittax-il sena. Importanti li din l-ittra ta’ eżenzjoni tkun f’idejn l-applikant/a qabel j/tapplika għan-numru tas-Sigurtà Soċjali.
- Dawn il-minuri jridu jattendu f’xi ċentru ta’ Jobsplus biex jagħmlu talba għall-ħruġ tan-Numru tas-Sigurtà Soċjali.
- Iċ-Ċittadini kollha tal-UE li m’humiex ċittadini maltin u li għandhom Karta tal-Identità Maltija valida u se jkunu qed jaħdmu f’Malta:
- Dawn iridu jattendu f’xi ċentru ta’ Jobsplus u juru Karta tal-Identità Maltija valida għall-identifikazzjoni.
- Kopja tal-kuntratt tax-xogħol iffirmat mill-prinċipal u li juri d-data ta’ meta se jibda jaħdem.
- Iċ-Ċittadini kollha tal-UE kemm jekk Impjegati jew jaħdmu għal rashom u m’għandhomx Karta tal-Identità Maltija valida:
- Dawn iċ-ċittadini jridu japplikaw online billi jawtentikaw bil-kont tal-eIDAS biex jagħmlu talba għall-ħruġ tan-numru tas-Sigurtà Soċjali. Dawn il-persuni jinkludu membri ta’ Ekwipaġġ tal-Ajru, Baħrin, Mariner, Trasportaturi jew ċittadini f’Sitwazzjoni Transkonfinali tal-UE.
- Dokument uffiċċjali validu fejn juri ritratt riċenti tal-applikant/a, maħruġ mill-pajjiż ta’ oriġini, kif ukoll passport validu.
- Kopja tal-kuntratt tax-xogħol fejn juri li l-applikant/a se j/tkun qed tagħmel xogħol bħala impjegat/xogħol għal rasu/ha f’Malta.
- Ċittadini minn Pajjiżi mhux tal-UE li se jaħdmu bħala Impjegati.
- Dawn iridu jattendu f’xi ċentru ta’ Jobsplus jekk għandhom Karta ta’ Identità Maltija valida għall-identifikazzjoni, kif ukoll jipprovdu Passport validu.
- Kopja tal-kuntratt tax-xogħol iffirmat mill-prinċipal fejn juri ukoll id-data meta se jibda xogħol jew li l-applikant se jwettaq attività għal rasu f’Malta.
- Kopja tal-Liċenzja tal-Impjieg fejn turi n-numru ta’ RefCom. Dan id-dokument huwa magħruf ukoll bħala ‘Work Permit’.
- Ċittadini minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE, miżżewġin ma’ Maltin jew Ċittadini tal-UE (Impjegati jew jaħdmu għal rashom).
- Karta tal-Identità Maltija valida, kif ukoll Passport.
- Kopja tal-ittra mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Espatrijati, li turi prova li l-applikant jista’ jaħdem jew jgħix liberament f’Malta skont l-Att tal-Libertà tal-Moviment.
- Kopja tal-kuntratt tax-xogħol iffirmat mill-prinċipal fejn juri ukoll id-data meta se jibda xogħol jew li l-applikant se jwettaq attività għal rasu f’Malta.
- Ċittadini minn Pajjiżi mhux tal-UE (li jaħdmu għal rashom).
- Karta tal-Identità Maltija valida u Passport validu.
- Kopja tal-Liċenzja tax-Xogħol.
- Ċittadini minn Pajjiżi mhux tal-UE li għandhom permess biex jaħdmu f’Malta skont waħda mid-Direttivi tal-UE.
- Karta tal-Identità Maltija u Passport validu.
- Kopja tal-kuntratt tax-xogħol iffirmat mill-prinċipal fejn juri ukoll id-data meta se jibda xogħol.
- Kopja tal-permess rilevanti għax-xogħol f’Malta taħt waħda mid-Direttivi tal-UE, li tkun viżibbli fuq id-dokument ta’ identifikazzjoni tal-applikant (jew iċ-ċertifikat ekwivalenti tiegħu) li jinħareġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.
- Persuna li qed tfittex ażil u titlob biex taħdem f’Malta:
- Persuni li qed ifittxu ażil għandhom japplikaw għan-Numru tas-Sigurtà Soċjali billi jmorru f’ċentru ta’ Servizz.gov biex japplikawlhom f’isimhom skont l-eleġibilità.
Wara li tikseb in-Numru tal-Karta tal-Identità Maltija, l-individwi huma meħtieġa jaġġornaw immedjatament id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dan jinkludi li jipprovdu indirizz elettroniku validu sabiex ikun possibbli li jintbagħat iċ-ċertifikat tan-Numru tas-Sigurtà Soċjali u korrispondenza oħra relatata mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali b’mod diġitali. Biex taċċessa s-servizz biex taġġorna d-Dettalji ta’ Kuntatt, trid tidħol fl-URL fil-browser tal-internet: contact-dss.gov.mt u tivverifika bl-awtentikazzjoni tal-e-ID jekk għandek Karta tal-Identità Maltija valida. Jekk m’għandekx Karta tal-Identità Maltija valida, allura jew trid tidħol fl-URL: contactdss.gov.mt u tagħżel ‘Dettalji ta’ Kuntatt’ mil-lista li tinżel biex titlob li taġġorna d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek, jew inkella tista’ tmur personalment f’ċentru ta’ Servizz.gov biex jaġġornawlek id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek f’ismek.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online. (verżjoni bl-ingliż biss)