Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Assistenza Online

Ħarsa ġenerali

L-għajnuna hija disponibbli għall-app tas-servizzi online mySocialSecurity. Kemm jekk għandek bżonn gwida dwar l-aċċess għal servizz online jew jekk għandek suġġeriment biex taqsam magħna, l-għajnuna esperta hija klikk ‘l bogħod. Kull ma trid huwa li tibbukkja appuntament għal sejħa bil-Microsoft Teams. Membru infurmat mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni jipprovdi assistenza u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok.

X’se tingħata

  • Assistenza Personalizzata: Ikseb appoġġ wieħed fuq wieħed imfassal għall-bżonnijiet speċifiċi tiegħek biex tuża s-servizz li għandek bżonn.
  • Gwida esperta: Irċievi pariri u tweġibiet minn membru tat-tim infurmat.
  • Soluzzjonijiet Effiċjenti: Issolvi l-kwistjonijiet malajr jew ikseb għajnuna biex tinnaviga fl-app tas-servizzi online ta’ mySocialSecurity.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Aċċess għal apparat b’konnettività tal-internet.
  • Kapaċità li tuża Microsoft Teams għall-appuntament.
  • Segwi l-link biex tiskeda sejħa ta’ Microsoft Teams, li mhux neċessarjament hemm il-bżonn ikun installat fuq it-tagħmir li tuża.

Kif taċċessa s-servizz

  • Tirċievi notifika permezz ta’ email li tinkludi data u ħin skedata u l-link għall-appuntament online.

 

Ibbukkja Appuntament billi tikklikkja hawn.

Feedback