Dritt li Tibqa’ Assigurat f’Malta – Dokument A1
Ħarsa ġenerali
Id-dokument A1 jiċċertifika liema leġiżlazzjoni tas-Sigurtà Soċjali hija applikabli. Huwa meħtieġ f’sitwazzjonijiet fejn persuna impjegata jew li taħdem għal rasha għandha konnessjoni permezz tal-attività tax-xogħol tagħha ma’ aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE). Peress li skont ir-regoli tal-UE, persuna hija soġġett biss għal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż wieħed fl-istess perjodu, il-Formula A1 tispeċifika il-legislazzjoni applikabbli skond il-pajjiż.
Iċ-ċertifikat A1 jinħareġ mill-pajjiż, li l-leġiżlazzjoni tiegħu tapplika għalik u jikkonferma li m’intix soġġett għal-liġijiet tas-Sigurta Socjali ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li miegħu għandek konnessjoni . Dan ifisser, li ma jkollok l-ebda obbligu li tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, inkluża l-assigurazzjoni tas-saħħa, f’dawk il-pajjiżi l-oħra . Iċ-ċertifikat A1 jibqa’ validu sad-data ta’ skadenza kif indikata fuq id- dokument jew sakemm jiġi revokat mill-awtorità emittenti.
X’se tingħata
Iċ-ċertifikat tal-A1 jikkonferma li int obbligat li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta waqt li twettaq attività ta’ xogħol fi stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE). Dan jassigura li inti ma tkunx suġġett għal-ħlas ta’assikurazzjoni f’iktar min pajjiż wieħed.
Eliġibbiltà
Kriterji i ta’ eliġibbiltà
Int eliġibbli għad-dokument ta’ ċertifikazzjoni tal-A1 f’dawn iċ-ċirkustanzi:
- Meta tiġi assenjat mill-imgħallem sabiex taħdem temporanjament f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE) għal-perjodu massimu ta’ erbgħa u għoxrin (24) xahar. Dan jissejjaħ allokament.
- Meta normalment taħdem għal rasek f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) u tmur tagħmel attività simili f’pajjiż ieħor għal perjodu massimu ta’ erbgħa u għoxrin (24) xahar.
- Meta int taħdem f’aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE) fl-istess żmien jew f’perjodi konsekuttivi.
- Meta tkun impjegat għal-rasek f’aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE) fuq bażi ta’ rotazzjoni fl-istess perjodu.
- Meta tkun impjegat taċ-ċivil u twettaq impjieg f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE).
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Kwestjonarju tal-imgħallem (dan il-kwestjonarju jinsab bl-ingliż biss) għal persuna impjegata, jew
- Kwestjonarju għall-persuna li taħdem għal rasha (dan il-kwestjonarju jinsab bl-ingliż biss) f’kaz li int impjegat għal-rasek.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online. L-applikazzjoni tinsab biss bl-ingliż.