Allowance tat-Tfal u Bonus għat-Twelid jew Adozzjoni –
Dħul Annwali jeċċedi il-Limitu
Ħarsa ġenerali
L-Allowance tat-Tfal tingħata lil koppji miżżewġa, koppji f’unjoni ċivili, koppji li qed jikkoabitaw, ġenituri separati jew emigranti li ġew lura Malta, u li għandhom l-kura u l-kustodja ta’ tfal taħt is-16-il sena u li d-dħul annwali kollu tagħhom tas-sena rilevanti (dħul datat b’lura b’sentejn (2) mid-data tal-intitolament) minn impjieg / sigurtà soċjali huwa ta’ aktar minn seba’ u għoxrin elf u sitt ewro (€27,006).
Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.
X’se tingħata
Wara r-reġistrazzjoni tat-twelid tat-tarbija mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess sabiex tibda titħallas Allowance tat-Tfal. Il-benefiċjarju awtomatikament jingħata Allowance tat-Tfal ibbażat fuq ir-rata minima. Barra minn hekk tintbagħat ittra ta’ notifika lil ġenituri, fejn jintalbu kwalunkwe dettalji meħtieġa nieqsa għall-għoti tal-Allowance tat-Tfal, jekk dan ikun il-każ.
Il-pagament għal din l-allowance titħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.
Pagament ta’ darba ta’ ħames mitt ewro (€500) jitħallas lill-omm ta’ tarbija li tkun l-ewwel wild jew bħala l-ewwel adozzjoni f’każ ta’ ġenitur adottiv. Jekk l-omm ikollha t-tieni wild jew aktar fil-familja, jew ġenitur jadotta għat-tieni darba jew aktar, jitħallas il-pagament ta’ darba ta’ elf ewro (€1000) għall-kull tifel jew tifla (aqra aktar).
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Allowance tat-Tfal.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Wieħed mill-ġenituri għandu jkun ċittadin ta’ Malta jew miżżewweġ lil Ċittadin Malti, jew f’Unjoni Ċivili ma’ ċittadin Malti, jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (Cross-Border), jew ċittadin ta’ pajjiż membru tal-Karta Soċjali Ewropea, jew ikollu status ta’ refuġjat u jirrisjedi b’mod ordinarju f’Malta jew Għawdex.
- F’każ ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea fejn:
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u hu bla xogħol f’pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal.
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u qiegħed fuq leave bla ħlas f’pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal.
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u huwa impjegat f’pajjiż barrani, allura dak il-pajjiż barrani huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur fil-pajjiż barrani. Jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur li hu impjegat f’Malta, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun kompetenti biex iħallas l-Allowance tat-Tfal, għalkemm il-ġenitur l-ieħor huwa impjegat barra l-pajjiż. Il-ġenitur impjegat f’pajjiż barrani għandu jipproduċi prova uffiċjali li l-ebda Allowance tat-Tfal ma qiegħdha titħallas mill-pajjiż barrani.
- F’każ ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi fejn:
- L-applikanti u t-tfal qed jgħixu f’Malta.
- Iż-żewġ ġenituri għandhom permessi residenzjali validi.
- Wieħed jew iż-żewġ ġenituri huma f’impjieg. L-intitoliment huwa skont il-Permess. Jekk l-applikant/a ikollu/ha Permess ta’ Residenza jew permess ta’ Xogħol, min jagħmel it-talba jkun intitolat/a għal Allowance tat-Tfal b’seħħ mis-6 xahar ta’ impjieg.
- Jekk l-applikant/a ikollu/ha Blue Card / Protezzjoni Internazzjonali / Protezzjoni Sussidjarja / Protezzjoni Umanitarja (inklużi Permessi Temporanji), dan/din i/tkun intitolat/a għall-Allowance tat-Tfal mill-bidu tal-impjieg.
- Jekk l-applikant/a jkollu/ha Permess ta’ Residenza għat-Tul, dan/din i/tkun intitolat/a mid-data tal-permess, filwaqt li d-detenturi ta’ permessi ta’ Intra Corporate Transfer għandhom ikunu intitolati mid-disa’ xahar ta’ impjieg.
- L-istatus ta’ Ħaddiem Staġjonali u / jew Ċittadini studenti ta’ Pajjiżi Terzi mhumiex intitolati għal Allowance tat-Tfal jekk ma jkollhomx permess ieħor imsemmi hawn fuq.
- L-Allowance tat-Tfal tingħata mid-data kif indikata hawn fuq jekk il-minorenni jitwieled qabel id-data tal-impjieg. Madankollu l-Allowance tat-Tfal jingħata mid-data tat-twelid jekk il-minorenni jitwieled wara d-data tal-intitolament kif spjegat hawn fuq
- L-Allowance tat-Tfal tista’ tingħata lil dawk li jagħmlu xogħol fuq il-Bastimenti Reġistrati f’Malta, bl-istess kundizzjonijiet taċ-Ċittadini. tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom japplikaw għall-Allowance tat-Tfal kull sena biex jibqgħu jirċievu l-Allowance tat-Tfal jekk jibqgħu eliġibbli.
- L-applikanti għandhom jkunu residenti ta’ Malta mill-inqas tliet (3) xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.
- Fil-każ ta’ kull wild, huwa dmir tal-missier u l-omm, u fin-nuqqas tat-tnejn, tat-tabib, kirurgu, qabla jew xi persuna oħra li tkun qed tattendi mat-twelid, jew f’liema dar it-twelid ikun seħħ, biex fi żmien ħmistax-il (15) jum minn dan it-twelid jingħata avviż ta’ dan lir-Reġistru Pubbliku. Il-persuna li tittrasmetti l-avviż, għandha tippreżenta l-Karta tal-Identità tagħha u kull dokumentazzjoni pprovduta lilha mill-isptar.
- L-applikanti għandhom jinnotifikaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (mhux aktar tard minn sitt (6) xhur mill-okkorrenza) b’kull bdil f’ċirkostanzi bħal mewt, separazzjoni, żwieġ / konvivenza, bidla f’kustodja, bidla fl-indirizz, bidla fin-numru tal-kont tal-bank, tluq minn Malta jew terminazzjoni/bidu ta’ impjieg.
- F’każ ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea fejn:
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
Ċittadini Maltin / Ċittadini tal-UE / Karta Soċjali Ewropea / Refuġjati (Minuri imwielda f’Malta).
- Kopji tal-Karti tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i addottivi.
- Data tal-koabitazzjoni / Żwieġ / Unjoni Ċivili.
- Skeda ta’ xogħolijiet tal-JobsPlus aġġornata.
- Dokument ta’ Kura u Kustodja (inkluż ma’ min l-minorenni qed j/tgħix / u ammont ta’ manteniment, iffirmat miż-żewġ ġenituri).
- Dikjarazzjoni jew affidavit (fil-każ li wieħed mill-ġenituri jirrifjuta li jiffirma l-kura u l-kustodja) li jiddikjara ma’ min qed/qegħdin jgħixu l-minuri u minn liema data.
- Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta’ ġenituri waħedhom.
- In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel/tifla sakemm it-tifel/tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat.
Ċittadini tal-UE / Karta Soċjali Ewropea (Minuri MHUX imwielda f’Malta).
- Kopji tal-Karti tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i addottivi.
- Kopja tal-Boarding Passes / biljetti / passaporti tal-membri kollha tal-familja.
- Kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri.
- Data tal-Koabitazzjoni / Ċertifikat taż-żwieġ / Ċertifikat tal-unjoni ċivili.
- Dikjarazzjoni uffiċjali mill-pajjiż rispettiv li tindika sa liema data ġie riċevut il-benefiċċju għat-tfal.
- Kopja tad-dokumenti uffiċjali li juru d-dħul miksub fl-aħħar sentejn (2) lokalment u barra mill-pajjiż (prospetti tat-taxxa / FS3s iffirmati / Profit and Loss).
- In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel/tifla sakemm it-tifel/tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat.
Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi u kwalunkwe ċittadin ieħor ((Minuri imwielda f’Malta).
- Kopji tal-Karti tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i addottivi.
- Kopja tal-permessi ta’ residenza.
- Data tal-koabitazzjoni / ċertifikat taż-żwieġ / ċertifikat tal-unjoni ċivili.
- Dħul taż-żewġ ġenituri minn Malta u / jew barra.
- In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel/tifla sakemm it-tifel/tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat.
Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi u kwalunkwe ċittadin ieħor ((Minuri / MHUX imwielda f’Malta għalhekk mhumiex irreġistrati f’Malta).
- Kopji tal-Karti tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i addottivi.
- Kopja tal-Boarding Passes / biljetti / passaporti tal-membri kollha tal-familja.
- Kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri.
- Data tal-koabitazzjoni / Ċertifikat taż-Żwieġ / Ċertifikat tal-Unjoni Ċivili.
- Kopja tal-Karta tal-Identita’ tal-ġenituri.
- Kopja tal-permessi ta’ residenza.
- Dikjarazzjoni uffiċjali mill-pajjiż rispettiv li tindika sa liema data ġie riċevut il-benefiċċju għat-tfal.
- Kopja tad-dokumenti uffiċjali li juru d-dħul miksub fl-aħħar sentejn (2) lokalment u barra mill-pajjiż (prospetti tat-taxxa / FS3s iffirmati / Profitt u Telf).
- Skeda aġġornata tax-xogħolijiet tal-JobsPlus u / jew dokument li juri li l-applikant huwa impjegat f’Malta.
- Ittra mill-iskola li tikkonferma l-attendenza regolari tal-minorenni fl-iskola (f’każijiet partikolari).
- Dikjarazzjoni jew affidavit (fil-każ li wieħed mill-ġenituri jirrifjuta li jiffirma l-kura u l-kustodja) li jiddikjara ma’ min hu / qegħdin jgħixu minuri u minn liema data.
- Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta’ ġenituri waħedhom.
- In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel/tifla sakemm it-tifel/tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat.
Kif tapplika
Wara r-reġistrazzjoni tat-twelid ta’ tarbija jew adozzjoni ta’ minuri mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex jibda jitħallas l-Allowance tat-Tfal, f’konformità mal-kriterji ta’ eliġibilità.
Madanakollu, jista’ jkun hemm każijiet fejn applikazzjoni ma tistax tiġi ipproċessata awtomatikament wara r-reġistrazzjoni ta’ minuri mar-Reġistru Pubbliku meta:
- Il-ġenituri m’għandhomx l-istess indirizz.
- Ġenitur waħdu, f’liema każ id-dokumenti ta’ kura u kustodja għandhom jiġu ppreżentati mal-applikazzjoni.
- Il-wild ma twelidx f’Malta.
- Ġenituri barranin.
Għalhekk jekk il-ħlas tal-Allowance tat-Tfal ma jasalx fi żmien erba’ (4) xhur mid-data tat-twelid tal-wild, wieħed għandu jimla applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ meħtieġa fi żmien sitt (6) xhur mid-data tat-twelid tal-wild kif stipulat mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), sabiex il-ħlas jiġi pproċessat manwalment. L-Allowance tat-Tfal, jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tiġi sottomessa tard.
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online