Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Bonus għat-Twelid u Adozzjoni

Ħarsa ġenerali

Bonus għat-Twelid u l-Adozzjoni li ġie introdott mill-1 ta’ Jannar 2020, jingħata lill-omm ta’ tarbija tat-twelid jew lill-ġenitur adottiv ta’ tarbija tat-twelid, fejn l-omm jew il-ġenitur adottiv hija Maltija, minn Pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea jew miżżewweġ jew jikkoabita ma’ ċittadin Malti / tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, peress li dan il-ħlas tal-Bonus huwa għal kull wild, kull meta jkun hemm iktar minn twelid jew adozzjoni wieħed, dan il-ħlas għandu jkun eliġibbli għal kull Tifel/Tifla.

X’se tingħata

Meta ssir ir-reġistrazzjoni tat-twelid tat-tarbija mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, il-proċess ta’ ħlas tal-bonus għat-Twelid u l-Adozzjoni tat-Tfal jibda b’mod awtomatikament mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jew wara li tintbagħat l-applikazzjoni tal-Allowance tat-Tfal. 

Pagament ta’ darba ta’ ħames mitt ewro (€500) jitħallas lill-omm ta’ tarbija li tkun l-ewwel wild jew bħala l-ewwel adozzjoni f’każ ta’ ġenitur adottiv. Jekk l-omm ikollha t-tieni wild jew aktar fil-familja, jew ġenitur jadotta għat-tieni darba jew aktar, jitħallas il-pagament ta’ darba ta’ elf ewro (€1000) għall-kull tifel jew tifla.

Ikklikkja hawn għal Skeda ta’ dati ta’ ħlas.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-omm tat-tarbija tat-twelid jew ġenitur adottiv hija Maltija jew minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea, fejn iż-żewġ każijiet huma residenti Maltin għal mill-inqas għaxar (10) snin konsekuttivi.
  • Koppja Maltija li waħda minnhom kienet ilha tgħix Malta għal mill-inqas (10) snin konsekuttivi.
  • L-omm tat-tarbija tat-twelid jew ġenitur adottiv hija minn pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe nazzjonalità oħra (inklużi pajjiżi tat-Tielet Dinja) u hija miżżewġa jew tikkoabita ma’ ċittadin Malti li m’għandux (10) snin residenza konsekuttiva huwa stess f’Malta, iżda hi għexet f’Malta għal aktar minn (10) snin konsekuttivi b’lura mid-data tat-twelid tat-tarbija.
  • L-omm tat-tarbija tat-twelid jew ġenitur adottiv hija minn pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe nazzjonalità oħra (inklużi pajjiżi tat-Tielet Dinja) u hija miżżewġa jew tikkoabita ma’ ċittadin Malti li m’għandux (10) snin residenza konsekuttiva huwa stess f’Malta, iżda hi għexet f’Malta għal aktar minn (10) snin.
  • L-omm tat-tarbija tat-twelid jew ġenitur adottiv minn pajjiż tat-Tielet Dinja tista’ tikkwalifika biss jekk tkun miżżewġa jew tikkoabita ma’ ċittadin Malti jew ċittadin minn pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea li ilu jgħix Malta għal mill-anqas (10) snin konsekuttivi. Jekk le, allura l-omm trid tkun residenti f’Malta hi nfisha għal mill-inqas (10) snin konsekuttivi.
  • Il-ġenitur adottiv jadotta t-tarbija, li jkun ġie rreġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u jikkonforma mal-kriterji ta’ eliġibilità elenkati hawn fuq, tkun intitulata għall-Bonus tal-Adozzjoni, filwaqt l-omm bijoloġika tista’ tkun intitulata għal Bonus tat-Twelid jekk hi tkun se titħalls il-Children Allowance.
  • Żgura li d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati sabiex tirċievi ħlasijiet b’depożitu dirett f’bank. In-numru tal-IBAN għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-benefiċjarju biss. Id-dettalji bankarji jistgħu jiġu aġġornati fuq mySocialSecurity

L-Unjoni Ewropea tinkludi wkoll iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li tinkludi n-Norveġja, l-Iżlanda, u l-Liechtenstein, flimkien mal-zzIżviera.

Għalissa, ir-Renju Unit għadu meqjus bħala Pajjiż Ewropew. Il-Karta Soċjali Ewropea mhix qed tiġi kkunsidrata.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Data tal-koabitazzjoni / Żwieġ / Unjoni Ċivili (jekk applikabbli) meta tissottometti l-applikazzjoni ta’ Children Allowance.
  • Prova tad-Data tal-Wasla f’Malta’ (jekk applikabbli) meta tissottometti l-applikazzjoni tac-Children Allowance. Dan jista’ jinkludi kopji tal-biljett għall-Imbark u / jew Passaporti

Kif tapplika

Wara r-reġistrazzjoni tat-twelid jew adozzjoni ta’ tarbija mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex jibda jitħallas il-Bonus tat-Twelid u Adozzjoni, f’konformità mal-kriterji ta’ eliġibilità.

Madanakollu, jista’ jkun hemm każijiet fejn applikazzjoni ma tistax tiġi ipproċessata awtomatikament wara r-reġistrazzjoni ta’ minuri mar-Reġistru Pubbliku meta:

  • Il-ġenituri m’għandhomx l-istess indirizz.
  • Ġenitur waħdu, f’liema każ id-dokumenti ta’ kura u kustodja għandhom jiġu ppreżentati mal-applikazzjoni.
  • It-tarbija ma twelditx f’Malta.
  • Il-ġenituri barranin.

Għalhekk, jekk il-ħlas ta’ Children Allowance u l-Bonus tat-Twelid u Adozzjoni ma jsirx fi żmien erba’ (4) xhur mid-data tat-twelid, wieħed għandu jimla applikazzjoni fi żmien sitt (6) xhur mid-data tat-twelid jew adozzjoni tal-minorenni kif stipulat fl-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).