Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Bonuses Statutorji

Ħarsa ġenerali

Benefiċjarju li jirċievi Assistenza Soċjali, Pensjoni mhux kontributorja jew kontributorja, huwa intitolat għall-ħlas tal-bonuses statutorji.

X’ser jingħata

Benefiċjarju huwa intitolat għal:

  • Ħlas ta’ €135.10 għal kull Bonus (6MBO) imħallas f’Mejju/Ġunju u Novembru/Diċembru.
  • Żewġ terzi tal-Bonus (SPBO) ta’ Marzu u Settembru li jitħallas €3.12 fil-ġimgħa.

Benefiċjarju li qed jirċievi Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tal-Irtirar; Pensjoni taż-Żewġ Terzi; Pensjoni tar-Romol; Pensjoni tal-Invalidità) jew Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tal-Età) huwa intitolat għal:

  • Bonus għall-Għoli tal-Ħajja – meta l-aġġustament għall-Għoli tal-Ħajja (COLA) jiġi mħabbar fil-baġit, (terz) taż-żieda tal-għoli tal-ħajja tiġi mħallsa bħala Bonus għall-għoli tal-ħajja mal-pensjoni (CLBO) u l-bqija taż-żieda (żewġ terzi) tiġi miżjuda mar-rata tal-pensjoni.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Benefiċjarju li jirċievi Assistenza Soċjali; Pensjoni mhux Kontributorja jew Kontributorja.
  • Ma jirċeviex parti jew bonuses statutorji sħaħ mill-impjieg imma jirċievi benefiċċju/pensjoni.
  • Benefiċjarju m’għandux id-dritt għall-għoli tal-ħajja jekk ma jirċevix Pensjoni Kontributorja / Mhux Kontributorja (Pensjoni tal- Età).
  • Benefiċjarju ma jkollux id-dritt għall-bonus sħiħ tal-għoli tal-ħajja jekk hu intitolat għal pensjoni kontributorja mnaqqsa.

Kif tapplika

Benefiċjarju huwa intitolat awtomatikament għall-ħlas tal-bonuses statutorji. Jekk dawn il-bonuses ma jinħarġux, ċempel Freephone 153 jew mur fl-eqreb ċentru ta’ servizz.gov biex tirrapporta l-kwistjoni jew ikkuntatjana billi tikklikkja hawn u agħżel Bonuses Statutorji minn lista li tinżel taħt is-sezzjoni ta’ Benefiċċji u Servizzi.