Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Bonuses Statutorji – Pensjonant Impjegat Part-time

Ħarsa ġenerali

Pensjonant li jirtira fl-età tal-pensjoni jista’ jagħżel li jkompli jaħdem. F’din iċ-ċirkostanza, jekk il-pensjonant huwa impjegat part-time, jista’ jkun intitolat għad-differenza fil-ħlas tal-bonuses statutorji minn dak imħallas minn min iħaddem. Dan japplika ukoll għall-benefiċjarji li jirċievu Assistenza għal Diżabilità Severa u jaħdmu part-time. Dawk il-benefiċjarji li jirċievu Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju mhumiex intitulati għal din id-differenza fil-bonuses.

X’ser jingħata

Il-Benefiċjaru ikun intitolat:

  • Għad-differenza sħiħa tal-bonus imħallas f’Ġunju u Diċembru.
  • Għaż-żewġ terzi tad-differenza għall-bonus imħallas f’Marzu u Settembru peress li l-pensjonanti huma intitolati biss għal żewġ terzi tal-ammont ta’ dan il-bonus.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Il-Benefiċjarju għandu jkun impjegat fuq bażi part-time.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Kopja tal-payslips maħruġa minn min iħaddem li jinkludi l-ammont ta’ bonuses statutorji għall-perjodu minn Jannar sa Ġunju u minn Lulju sa Diċembru. Il-kopji tal-payslips għandhom jiġu sottomessi mhux aktar tard minn tletin (30) jum mill-ħruġ tal-payslips tal-pagamenti ta’ Ġunju u Diċembru tas-sena kalendarja kurrenti sakemm il-benefiċjarju jibqa’ impjegat.

Jew

  • Dikjarazzjoni uffiċjali maħruġa minn min iħaddem li tindika n-numru ta’ sigħat ta’ xogħol li ser jaħdem u l-ammont ta’ bonuses statutorji li ser jitħallsu għal kull kwart tas-sena. Jekk jogħġbok ikklikkja hawn biex tniżżel id-dikjarazzjoni li trid timtela minn min iħaddem. Ma jkunx hemm ħtieġa li persuna terġa tapplika sakemm ma jkunx hemm bidla fin-numru ta’ sigħat ta’ xogħol maħduma.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.