Dikjarazzjoni tal-Qligħ – FS3
Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz jippermetti lill-benefiċjarji tas-sigurtà soċjali joħorġu Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3) għall-pagamenti tas-sigurtà soċjali li saru f’sena speċifika matul l-aħħar 5 snin. Peress li dan huwa dokument elettroniku, ma jeħtieġx firma.
X’se tingħata
- Meta tagħżel ‘Iġġenera d-Dikjarazzjoni tal-Qligħ (FS3)’ ta’ dawn l-aħħar 5 snin, l-utent tingħatalu għażla sabiex iniżżel Dikjarazzjoni tal-Qligħ f’format ta’ PDF jew jirċievi d-dokument b’email
- Jekk l-utent jagħżel li jirċievi d-dikjarazzjoni permezz tal-email, u tkun l-ewwel darba li qed jintuża dan is-servizz, jista’ jispeċifika l-indirizz tal-email u jiddeċiedi jekk iħallix dan l-inidirizz tal-email bħala dak li jrid li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jikkomunika bih. Wara l-użu sessegwenti tas-servizz, dan l-indirizz tal-email imniżżel jiġi muri awtomatikament
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Kont ta’ e-ID validu u attiv maħruġ minn Identity Malta
Kif taċċessa s-servizz
L-utent irid jawtentika billi juża login ta’ e-ID u password sabiex jaċċessa s-servizz biex jiġġenera Dikjarazzjoni ta’ Qligħ – FS3