Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q
  • L-Għotja taż-Żwieġ hija benefiċċju antik fl-infrastruttura soċjali. Ġiet introdotta fl‑1956 u kien inizjalment jitħallas lill-għarusa biss. Fl‑1987 iż‑żewġ konjuġi saru eliġibbli għall‑għotja u fl‑2025 ir‑rata tal‑Għotja taż-Żwieġ żdiedet għal €500. Din tiżdied kull sena skont il‑perċentwal taż‑żieda fil-paga minima nazzjonali.
  • Malta hija fost il-ftit pajjiżi Ewropej li jagħtu Bonus għat-Twelid biex jappoġġaw lill‑familji bl‑ispejjeż marbuta mat‑twelid ta’ tarbija. L‑għan huwa li jittaffew l‑pressjonijiet finanzjarji fuq il‑familji, kif ukoll tħeġġeġ it‑tkabbir demografiku. Il‑bonus ġie introdott bi €300 fl‑2020 għat‑trabi tat‑twelid. Wara diversi żidiet, fl‑2026 il‑bonus huwa ta’ €1,000 għall‑ewwel wild, €1,500 għat‑tieni u €2,000 għat‑tielet wild jew aktar.
  • Ir-rata minima annwali tal-Allowance tat-Tfal żdiedet fl‑2013 minn €350 għal €450 għal kull wild. Fl‑istess ħin, kapijiet ta’ familja li jaħdmu bil-paga minima saru eliġibbli għall-għola rata tal-Allowance tat-Tfal.
  • Ir‑rati tal‑Children’s Allowance għall‑familji soġġetti għal test tal-mezzi ġew miżjuda fl‑2019. Fl‑2025 saru tibdiliet ulterjuri fil‑mekkaniżmu tal‑assessjar sabiex jiġu determinati r‑rati li għandhom jitħallsu. Dawn ir‑reviżjonijiet eżentaw mhux biss il‑ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tal‑assigurazzjoni nazzjonali, iżda wkoll it‑taxxa tad‑dħul tal‑familja, u b’hekk ippermettew li familji jikkwalifikaw għal rati ogħla.
  • Fl‑2026, il-massimu tat-test tal-mezzi tela’ minn €27,434 għal €30,000, u dan wassal għal żieda sa €167 fir‑rati pagabbli. Ir‑rata massima annwali issa hija ta’ €1,419.
  • L-iskema tal-Allowance tat-Tfal ġiet msaħħa fl‑2021 bl‑introduzzjoni ta’ suppliment addizzjonali għal tfal taħt is‑16‑il sena. Familji soġġetti għal test tal-mezzi rċevew €70 għal kull wild, filwaqt li dawk ’il fuq mit-test tal-mezzi rċevew €50. Dan is‑supplement żdied b’€90 fl‑2023 għaż‑żewġ kategoriji. Fl‑2024 żdied bi €250 oħra, u laħaq €390 u €410 rispettivament. L‑istess żieda ta’ €250 saret fl‑2025, li wasslet ir‑rati pagabbli għal €640 u €660 għal kull wild. Fl‑2026, is‑suppliment għal familji soġġetti għat-test tal-mezzi reġa’ żdied u laħaq €910 għal kull wild.
  • Allowance annwali speċjali ġiet introdotta fl‑2024 għall‑ġenituri ta’ tfal ta’ bejn 16 u 23 sena li jkunu f’edukazzjoni post‑sekondarja full‑time f’istituzzjonijiet pubbliċi jew privati. L‑allowance annwali ta’ €500 titħallas fuq tliet snin.
  • Ġenituri li jkollhom iċ‑ċans jieqfu mix‑xogħol biex jieħdu ħsieb tfal b’mard rari jistgħu jikkwalifikaw sa tmien (8) snin ta’ krediti fil‑kontribuzzjonijiet tal‑Assigurazzjoni Nazzjonali. Il‑konċessjoni, effettiva mill‑2020, hija maħsuba biex tevita lakuni fir‑rekord ta’ kontribuzzjonijiet u tnaqqas ir‑riskju ta’ pensjoni mnaqqsa.
  • Ġenituri li jiffosterjaw u djar residenzjali li jżommu tfal taħt il‑kura tagħhom jiġu mgħejjuna kull sena permezz tal‑Allowance tal-Foster Care. L‑allowance żdiedet maż‑żmien u b’żieda ulterjuri fl‑2025 laħqet €6,240 fis‑sena għal kull wild. Fl‑2026 saret żieda oħra ta’ €520, u l‑allowance issa hija ta’ €6,760 għal kull wild taħt il‑kura.
  • Ġenituri foster li jadottaw it‑tfal taħt il‑kura tagħhom, fl‑2023 ingħataw id‑dritt li jżommu l‑Allowance tal-Foster Care iżda bi tnaqqis gradwali fuq medda ta’ erba’ snin, jew sakemm it‑tifel jew tifla jagħlqu 21 sena, liema minnhom tiġi l‑ewwel. Fl‑ewwel sena tal‑adozzjoni, il‑ħlas jitnaqqas għal 80%, fit‑tieni għal 60%, fit‑tielet għal 40% u fir‑raba’ sena għal 20%.
  • Allowance tal-Orfni ġiet estiża fl‑2018 biex tinkludi orfni f’impjieg.
  • Allowance ta’ Tfal b’Diżbilità mħallsa lill‑ġenituri ta’ tfal b’diżabilità fiżika jew mentali, żdiedet fl‑2025 għar‑raba’ darba mill‑2014 u laħqet €35 fil‑ġimgħa.
  • Ġenituri adottivi jingħataw għotja biex ikopru l‑ispejjeż tal‑adozzjoni minn barra xtutna. Fl‑2026 l‑ammont massimu żdied b’€2,000 għal €12,000. Koppji li jadottaw tfal Maltin jingħataw appoġġ simili, iżda b’limitazzjoni massima ta’ €2,000, li minnhom €500 jitħallsu bħala għotja ta’ darba.
  • Nisa li jaħdmu għalihom innfushom huma ntitolati għall‑Benefiċċju tal-Maternità b’rata ekwivalenti għall‑Paga Minima Nazzjonali. Il-Benefiċċju tal-Leave tal-Maternità ġiet estiża b’żewġ ġimgħat oħra għal total ta’ 18‑il ġimgħa (2013).
  • Benefiċċju tal-Maternità u Benefiċċju tal-Leave tal-Maternità ġew estiżi għall‑ġenituri adottivi fl‑2015.
  • Nisa impjegati li jkunu għaddejjin minn trattament tal-IVF jingħataw leave addizzjonali għal kull ċiklu tal-IVF sa massimu ta’ 60 siegħa, u l-konjuġi jew is‑sieħeb jingħata sa 40 siegħa oħra. Mill‑2025, l‑istess konċessjoni ngħatat lin‑nisa jaħdmu għalihom innfushom permezz ta’ Benefiċċju tal-Leave tal-IVF sa massimu ta’ 60 siegħa bir-rata tal‑paga minima nazzjonali fis‑siegħa. Jekk il-konjuġi jew is‑sieħeb ukoll jaħdem għalih innifsu, ikun intitolat sa 40 siegħa bl-istess rata.
  • Missirijiet jew ġenituri sekondarji ekwivalenti li jkunu f’impjieg huma intitolati għal 10 ijiem tax‑xogħol fit‑twelid jew l‑adozzjoni ta’ tarbija bil-Leave tal-Paternità. Fl‑2025 id‑dritt ġie estiż għal min jaħdem għalih innifsu permezz tal-Benefiċċju tal-Leave tal-Paternità, imħallas bl‑istess rata bħall‑Benefiċċju tal-Leave tal-Maternità għan‑nisa li jaħdmu għalihom innfushom, ibbażata fuq il‑paga minima nazzjonali.