Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Notifikazzjoni ta’ Għeluq ta’ Negozju u Rilokazzjoni Barra minn Malta (Persuna li Taħdem għal Rasha)

Ħarsa ġenerali

Dan il-proċess ta’ notifika japplika għal individwi li jaħdmu għal rashom f’Malta u qed jippjanaw li jtemmu l-attività kummerċjali tagħhom minħabba rilokazzjoni barra minn Malta. Filwaqt li n-numru tas-Sigurtà Soċjali Malti jibqa’ validu b’mod indefinit, l-obbligu li tikkontribwixxi għas-sistema tas-Sigurtà Soċjali Maltija tintemm.

Għalhekk huwa important li l-individwi jinnotifikaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta dwar il-bidla fiċ-ċirkostanzi tagħhom, mhux biss għal skopijiet ta’ informazzjoni imma ukoll biex id-dipartiment jevalwa l-eliġibilitajiet ta’ ċerti benefiċċji, waqt li jiġi żgurat żamma xierqa tar-rekords mingħajr ma jattivaw obbligi ta’ kontribuzzjonijiet.

Meta persuna li taħdem għal rasha tiddeċiedi li tagħlaq in-negozju, numru ta’ entitajiet li magħhom tkun irreġistrat bħala persuna li taħdem għal rasha jkollhom jiġu nnotifikati u ċerti tneħħija ta’ reġistrazzjonijiet jridu jsiru. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.

X’se tingħata

  • Assigurazzjoni li l-obbligi tiegħek ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jieqfu mid-data tat-tneħħija ta’ reġistrazzjoni tan-negozju.
  • Rekords aġġornati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jirriflettu l-għeluq tan-negozju tiegħek u r-rilokazzjoni lejn pajjiż ieħor.
  • Ikun hemm serħan tal-moħħ li ladarba ssottometejt din in-notifikazzjoni, inti ma tibqax tirċievi benefiċċji jew pensjonijiet mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta li int tista’ ma tkunx aktar eliġibbli għalihom. Din tgħin biex tipprevjeni ħlas żejda li jkun hemm bżonn li jitħallsu lura jekk ma tinnotifikax b’din il-bidla fil-ħin.

Eliġibbiltà

Int obbligat li tissottometti din in-notifika jekk:

  • Inti taħdem f’xogħol għal rashek f’Malta u temmejt l-attività kummerċjali tiegħek u qed tirriloka barra minn Malta, kemm jekk b’mod temporanju, kif ukoll permanenti.

Dokumenti meħtieġa

Għalkemm m’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni speċifiċi, inti xorta trid tipprovdi:

  • Id-data sa meta ħallast l-aħħar kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.
  • Id-data ta’ twaqqif ta’ reġistrazzjoni tal-VAT (Valur tat-Taxxa Miżjud), sakemm ma kontx eżentat li tħallas VAT relatat ma’ dan in-negozju.

Kif tapplika

Imla u ssottometti n-notifika online.

Rispons