Ir-Rapport Strateġiku tal-Pensjonijiet 2025 Miftuħ għall-Konsultazzjoni
Ir-rapport tal-grupp ta’ esperti, immexxi mis-Segretarju Permanenti Mark Musu’ jagħmel parti mir reviżjoni legali ta’ kull ħames snin tal pensjonijiet f’Malta, li tiffoka fuq l-adegwatezza, is-sostenibbiltà u s-solidarjetà soċjali.
Ir-reviżjoni qed issir fi żmien ta’ bidliet demografiċi rapidi – tnaqqis fir-rata tal-fertilità u żieda fit-tul mistenni tal-ħajja.
Grazzi għal żieda qawwija (kważi d-doppju) fil-kontributuri tas-sigurtà soċjali fl-aħħar 15-il sena u riformi reċenti ta’ titjib fil-pensjonijiet, tjiebet l-adegwatezza b’madwar 5 punti perċentwali mill-2020.
Il-projezzjonijiet fit-tul qed juru lis-sostenibbiltà tjiebet ukoll, bil-punt meta l-infieq jibda jiżboq lid-dħul, li qabel kien stmat li se jiġri fl-2051, issa twal bi 3 snin għall-2054.
Dan qed jippermetti li ma tkunx ikkontemplata ebda żieda la fl-età tal-irtirar u lanqas fir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.
Il-Grupp ta’ Strateġija għall-Pensjonijiet iżda jemfasizza diversi kwistjonijiet strutturali li jeħtieġu aktar analiżi.
Il-pubbliku huwa mistieden jagħti r-rispons tiegħu fuq 14-il mistoqsija bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika sal-Ġimgħa 3 ta’ April 2026.
Dan se jgħin lill-Grupp ifassal ir-rakkomdandazzjonijiet tiegħu dwar id direzzjoni futura tas-sistema tal-pensjonijiet f’pajjiżna.
Ir-rapport jista’ jiġi aċċessat f’din il-link: Konsultazzjoni Pubblika dwar ir-Reviżjoni Strateġika tal-Adegwatezza, is-Sostenibbiltà u s-Solidarjetà tas-Sistema tal-Pensjonijiet ta’ Malta




