Żomm id-Dettalji ta’ Kuntatt Tiegħek Aġġornati mas-Sigurtà Soċjali
Li żżomm id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek aġġornati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa essenzjali biex tiżgura li tirċievi komunikazzjoni f’waqtha, u tgawdi servizz effiċjenti . Huwa pass sempliċi li jagħtik serħan il-moħħ u jiżgura li tibqa’ konness mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
- Komunikazzjoni F’waqtha
Meta d-dettalji tiegħek ikunu korretti bħal indirizz postali, email u numru tat-telefon id-Dipartiment jista’ jikkuntattjak malajr dwar bidliet fil-benefiċċji, appuntamenti, jew dokumentazzjoni meħtieġa. Jekk id-dettalji ma jkunux aġġornati, tista’ titlef komunikazzjonijiet importanti u dan jista’ jwassal għal dewmien jew interruzzjoni fil-benefiċċji tiegħek u aġġornamenti essenzjali.
- Servizz Aktar Effiċjenti
Aġġorna d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek istantanjament, u b’hekk tnaqqas il-bżonn ta’ żjarat fiżiċi u dokumentazzjoni żejda. Dan jagħmel il-proċess aktar mgħaġġel u konvenjenti għalik.
- Konformità u Eliġibbiltà
Ċerti bidliet, bħal indirizz postali, għandhom jaqblu mad-dettalji fuq il-Karta tal-Identità Maltija tiegħek. Dan jgħin biex iżżomm l-eliġibbiltà tiegħek għall-benefiċċji u tikkonforma mar-rekwiżiti tal-gvern.
- Notifiki
Notifiki permezz ta’ SMS dwar pagamenti jiddependu fuq numru tal-mobile aġġornat. Dawn jinfurmawk meta jsir pagament, biex tkun tista’ timmaniġġja l-finanzi tiegħek b’mod effettiv.
- Tnaqqas ir-Riskju ta’ Frodi
Dettalji korretti jgħinu biex tipproteġi l-identità u d-data personali tiegħek, u jiżguraw li informazzjoni sensittiva tintbagħat lilek biss.
Għajnuna
Jekk tiltaqa’ ma’ diffikultajiet waqt li taċċessa r-rekord tiegħek, l-għajnuna hija faċilment disponibbli. Tista’ żżur il-paġna Ikkuntatjana, tagħżel ‘Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali – Rekord’ mill-grupp mySocialSecurity, u tissottometti l-mistoqsija tiegħek.




