Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Talba mill-Fond tal-Leave tal-Paternità / Paternità-Adozzjoni

Ħarsa ġenerali

Il-Leave tal-Paternità jgħodd għall-missirijiet, jew għat-tieni ġenitur, li jkunu impjegati. Ħaddiema li jkunu missirijiet jew it-tieni ġenituri ekwivalenti għandhom id-dritt għal għaxart (10) ijiem ta’ leave mix-xogħol fl-okkażjoni ta’ twelid ta’ wild jew adozzjoni. Dan il-leave ikun bi ħlas sħiħ mill-imgħallem lill-impjegat kkonċernat.

Min iħaddem għandu mbagħad jitlob rifużjoni mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-perjodu ta’ għaxart (10) ijiem tax-xogħol Leave tal-Paternità.

Bħala kumpens il-Kontribuzzjoni għall-Fond tat-Trust tal-Maternità / Adozzjoni, li daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2015 permezz tal-Avviż Legali 257 tal-2015 (Att dwar Trusts and Trustees Kap. 331.), għandha tiġi aġġustata biex tirrifletti l-intitolamenti tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja hekk kif stabbiliti bl-Avviż Legali 201. tal-2022, tat-2 ta’ Awwissu 2022.

Is-Servizz Pubbliku u l-Entitajiet tas-Settur Pubbliku, Awtoritajiet, Aġenziji u Korporazzjonijiet Pubbliċi, huma eżenti mill-kontribuzzjoni ta’ din l-iskema. Madankollu, l-impjegati tas-Servizz Pubbliku u tas-Settur Pubbliku huma intitolati għal Leave tal-Paternità/Adozzjoni.

X’se tingħata

Taħt din l-iskema, min iħaddem ikun irid iħallas il-paga sħiħa lill-impjegat kkonċernat tul l-għaxart (10) ijiem ta’ xogħol bħala leave tal-paternità/adozzjoni, liema leave irid jittieħed immedjatament wara t-twelid/adozzjoni. wara li l-ħaddiem jidħol lura għax-xogħol, japplika għar-rifużjoni rifużjoni mill-Fond tat-Trust tal-Maternità / Adozzjoni  fuq applikazzjoni online imħejjija apposta. Tkun trid issir talba għar-rifużjoni għall-kull impjegat kkonċernat li tkun tkopri:

  • L-ispejjeż tal-paga bażika gross,
  • Il-bonuses statutorji pro-rata, u
  • Is-sehem tal-imgħallem tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-impjegat.

It-talba għar-rifużjoni m’għandhiex tinkludi dħul ieħor.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • It-tarbija trid tkun twieldet / adottata fit-2 ta’ Awwissu 2022 jew inkella wara din id-data.
  • Għal-Leave tal-Paternità jeħtieġ li jkun hemm prova ta’ twelid jew adozzjoni. mill-persuna impjegata mal-imgħallem li jkun qed jagħmel it-talba f’isimha. Twelid multiplu jitqies bħala twelid wieħed għall-fini tal-intitolament tal-Leave tal-Paternità/Adozzjoni tal-Paternità.
  • Peress li persuni li jaħdmu għal rashom ma jikkontribwixxux għal Fond tal-Leave tal-Maternità/Paternità, mhumiex intitolati għal talbiet tal-Fond tal-Maternità/Paternità. Għalhekk, dawn l-iskemi huma applikabbli biss għall-persuni impjegati, u t-talbiet mill-Fond tal-Leave tal-Maternità isiru mill-Fond għal min iħaddem, skont ir-rati applikabbli hekk kif stabbiliti għal kull skema.

Xenarji Oħra

  • Il-Kontribuzzjoni tal-Maternità-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja xorta għandha titħallas skont il-paga bażika ta’ kull ġimgħa għall-impjegati bin-nofs paga.
  • Għandu jitħallas ukoll għal part-timers li jaħdmu sigħat irregolari, u dan għandu jiġi kkalkulat skont il-paga bażika ta’ kull ġimgħa.

Skejjel tal-Knisja

Għalliema li jaħdmu fl-Iskejjel tal-Knisja mhumiex ikkunsidrati bħala uffiċjali pubbliċi u għalhekk il-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità-Bilanċ bejn ix-Xogħol għandha titħallas fir-rigward tagħhom.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Slips tal-Paga li jkopru l-perjodu waqt il-leave tal-paternità.
  • Fil-każ ta’ adozzjoni, huwa meħtieġ Ċertifikat ta’ Adozzjoni.
  • Lista tal-Impjegati tal-Kumpanija mingħand Jobsplus, li tindika l-impjieg mal-imgħallem.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Feedback