Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Iċ-Charter Tagħna

01/08/2026 | Aħbar Riċenti

Iċ‑Charter Tagħna jservi biex jiddefinixxi l-prinċipji gwida tagħna, l-objettivi strateġiċi u r-responsabbiltajiet li nżommu lejn iċ-ċittadini tagħna. Huwa maħsub biex jipprovdi lilek, bħala membru stmat tas-soċjetà tagħna, b’fehim ċar u komprensiv tad-drittijiet, l-obbligi u l-intitolamenti tiegħek, kif ukoll l-istandards tas-servizz li tista’ tistenna minna skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318).

Permezz ta’ dan iċ‑Charter, nerġgħu nikkonfermaw l-impenn kontinwu tagħna biex nipprovdu servizzi li huma ġusti, trasparenti u li jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-individwi, il-familji u l-komunitajiet madwar Malta. Dan jiddeskrivi mhux biss dak li qed nimmiraw li niksbu, iżda wkoll kif inwettqu l-operat tagħna, nieħdu d-deċiżjonijiet u ninteraġixxu mal-pubbliku b’mod li jirrifletti professjonalità u integrità.

Fil-qalba taċ‑Charter Tagħna hemm sett ta’ valuri fundamentali li jiggwidaw kull aspett tax-xogħol tagħna. Dawn il-valuri jinkludu r-responsabbiltà, id-dinjità, l-ugwaljanza, l-imparzjalità, l-integrità, il-lealtà, in-nondiskriminazzjoni, il-kwalità, ir-rispett u l-fiduċja. Flimkien, dawn isawru l-kultura organizzattiva tagħna, jinfluwenzaw il-politiki u l-proċeduri tagħna u jiddefinixxu l-mod kif ninteraġixxu miegħek. Aħna impenjati li dawn il-prinċipji jiġu applikati b’mod konsistenti fis-servizzi kollha li nipprovdu u f’kull interazzjoni li jkollna.

Dan iċ‑Charter ifittex ukoll li jippromwovi t-trasparenza u l-aċċessibbiltà billi jipprovdi informazzjoni ċara dwar is-servizzi disponibbli, il-proċessi involuti, u l-istandards li bihom tista’ titkejjel il-prestazzjoni tagħna. B’dan il-mod, qed nimmiraw li nagħtuk l-għarfien meħtieġ sabiex tkun tista’ tinnaviga b’kunfidenza s-sistema tas-sigurtà soċjali, taċċessa s-sapport li int intitolat għalih, u tifhem kif qed jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tiegħek.

Barra minn hekk, Iċ‑Charter Tagħna jirrifletti l-impenn tagħna għat-titjib kontinwu. Nagħrfu l-importanza li nisimgħu l-feedback, nissorveljaw il-provvista tas-servizzi, u nadattaw għall-ħtiġijiet li dejjem qed jinbidlu tas-soċjetà. Billi nrawmu relazzjoni miftuħa u kollaborattiva maċ-ċittadini, nistinkaw biex intejbu l-kwalità tas-servizzi, insaħħu r-responsabbiltà u nibnu fiduċja dejjiema.

Nemmnnu li ċittadin infurmat u involut jikkontribwixxi għal servizz pubbliku aktar effettiv u reattiv. Għal dan il-għan, inħeġġuk tiffamiljarizza ruħek mal-kontenut ta’ dan iċ‑Charter u tagħmel użu sħiħ mill-informazzjoni pprovduta. B’dan il-mod, tikseb għarfien siewi dwar id-drittijiet tiegħek u l-firxa tas-servizzi disponibbli għalik, u tgħin biex tiġi żgurata interazzjoni aktar effiċjenti u kostruttiva mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Flimkien, nistgħu nibnu sħubija soda u sinifikanti mibnija fuq il-fiduċja, ir-rispett u r-responsabbiltà kondiviża. L-isforzi tagħna flimkien se jikkontribwixxu biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-individwi kollha fis-soċjetà tagħna u nsaħħu l-prinċipji tal-ġustizzja soċjali u s-solidarjetà li fuqhom huwa mibni xogħolna. Nistednuk tesplora dan iċ‑Charter aktar fid-dettall u tiskopri l-prinċipji ewlenin, l-impenji u l-istandards tas-servizz li jiddefinixxu l-approċċ tagħna, billi taċċessa d-dokument sħiħ hawn.

Kif tagħmel Ilment

Jekk tixtieq tressaq ilment, tista’ tagħmel dan billi tikklikkja hawn.

X’tista’ tagħmel jekk ma tkunx sodisfatt bir‑rispons tad‑Dipartiment?

Jekk m’intix sodisfatt bil‑mod li bih ġie ttrattat it‑tħassib tiegħek, inti tista’ tressaq Appell quddiem l‑Arbitru kontra deċiżjoni mid‑Dipartiment tas‑Sigurta Soċjali fi żien tletin (30) ġurnata mid‑data ta’ meta tkun ġejt infurmat bid‑deċiżjoni billi tikklikkja hawn.

Ikklikkja hawn biex taqsam ir-rakkomandazzjonijiet tiegħek.