Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Tnedija ta’ Servizz Ġdid Online – Ħlas Lura ta’ Pagament Żejjed – Min Iħaddem

02/09/2022 | Aħbar Riċenti

Dan is-servizz jipprovdi l-faċilità lil min iħaddem li jirċievi ittra ta’ avviż ta’ ħlas żejjed b’rabta ma’ talba għal tnaqqis gradwali tal-benefiċċji, iħallas online l-ammont sħiħ jew parti minnu fuq l-ammont dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. L-informazzjoni pprovduta fl-ittra ta’ avviż għandha tintuża sabiex isir l-ħlas lura online tal-pagament żejjed.

Ladarba min iħaddem jirċievi Avviż ta’ Ħlas Żejjed mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-ħlas żejjed jista’ jitħallas lura online. Min iħaddem jista’ jawtorizza rappreżentant biex jagħmel ħlas lura online f’isimhom.

Feedback