Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Reġistrazzjoni taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.)

01/12/2022 | Aħbar Riċenti

Huwa importanti ħafna li tkun taf li ċ-Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni ma jintitolak għall-ebda benefiċċju, u ma tkunx ikkunsidrat bħala persuna assigurata sakemm ma tħallasx Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali kif meħtieġ mill-Att imsemmi hawn fuq.

Barra minn hekk, ladarba tkun irċevejt iċ-Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni li jinfurmak li ġejt reġistrat taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318. ), trid taġġorna d-Dettalji Bankarji u ta’ Kuntatt tiegħek online billi żżur il-website mysocialsecurity.gov.mt jew ċentru ta’ servizz.

Jekk ma għandekx e-ID maħruġa minn Identity Malta, tieħu biss ftit minuti biex toħloq kont tal-e-ID.

It-Tim tal-Customer Care tagħna lest li jgħin.

Ikkuntatjana: kuntattdss.gov.mt

Feedback